Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninIl-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-prestazzjoni u l-impatt tal-EU-OSHA, il-Eurofound, is-Cedefop, l-ETF

© Brad Pict - stock.adobe.com
Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika biex tiġbor evidenza dwar il-prestazzjoni u l-impatti usa’ ta’ erba’ aġenziji deċentralizzati tal-UE: l-EU-OSHA, l-Eurofound, is-Cedefop, u l-ETF, kemm individwalment kif ukoll minn perspettiva trasversali.
Il-konsultazzjoni se tikkontribwixxi għall-istudju ta’ evalwazzjoni mwettaq f’isem il-Kummissjoni Ewropea li għaddej bħalissa dwar l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE ta’ dawn l-aġenziji biex:
(i) jivvaluta l-prestazzjoni tal-aġenziji fir-rigward tal-objettivi u l-mandati stabbiliti tagħhom; u (ii) jiddetermina jekk hemmx bżonn li jiġi emendat il-mandat tal-aġenziji.
Il-konsultazzjoni pubblika hija indirizzata lill-benefiċjarji u lill-utenti tas-servizzi tal-aġenziji, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak lokali.
Il-konsultazzjoni pubblika hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha hawnhekk u hija miftuħa sal-25 ta’ Mejju 2023.
Biex twieġeb għall-konsultazzjoni pubblika, jew ikollok tilloggja jew toħloq kont. Dan huwa spjegat fil-paġna ewlenija Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni.
Sir af aktar dwar l-inizjattiva