Punti ewlenin

Back to highlights

L-ekonomija ċirkolari - xi tfisser għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali?

Image

Photo by Tim Bish on Unsplash

L-Ewropa fl-2040 jaf tidher differenti ħafna. It-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ċirkolari (CE), li tirreferi għal fluss ċirkolari u l-użu/r-riutilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, materjali u prodotti - hija mistennija li ġġib bidla sinfikanti fid-dinja tax-xogħol.

It-tielet studju ta’ prospettiva tal-EU-OSHA jħares lejn l-implikazzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema bl-użu tal-erba’ xenarji potenzjali futuri, ġenerati b’segwitu tar-rieżami tal-letteratura u intervisti mal-esperti.

Ix-xenarji jikkunsidraw r-riskji u l-opportunitajiet għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) u għandhom l-għan li jispiraw u jinformaw id-dibattitu madwar l-ekonomija ċirkolari biex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-problemi tas-saħħa relatati max-xogħol fis-snin li ġejjin.

Aqra r-rapport sħiħ u s-sommarju tiegħu Rapport ta’ Prospettiva-3 Fażi 1: makro xenarji

Sir af aktar fin-nota tal-politika u s-sommarju tagħha X'se tfisser l-ekonomija ċirkolari għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali? Sommarju ta’ ħarsa ġenerali lejn l-erba’ xenarji ta’ prospettiva

Esplora t-taqsima ddedikata tagħna fuq il-web dwar l- ekonomija ċirkolari u l-effetti tagħha fuq is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali

Share this on: