You are here

Punti ewlenin
12/12/2017

Wettaq il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek stess bil-vidjo tal-OiRA l-ġdid

Il-vidjo ‘Il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA f’4 passi’ prodott fil-qafas tal-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskju interattiva Online (OiRA) ġie rilaxxat bl-Ingliż bis-sottotitli. Ibbażat fuq l-infografika ‘Il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA f’4 passi’, il-vidjo jenfasizza l-valutazzjoni tar-riskju bħala l-bażi legali tal-approċċ Ewropew għall-aċċidenti, il-mard okkupazzjonali u l-prevenzjoni ta’ assenza minħabba mard fuq il-post tax-xogħol.

Dan juri wkoll kemm huwa faċli għan-negozji biex jimmaniġġjaw is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) bl-għodod tal-OiRA, fejn juri lit-telespettaturi kif jitwettaq test tal-valutazzjoni tar-riskju speċifiku għas-settur b’mod flessibbli u faċli permezz tas-sit web tal-OiRA.

Ara l-vidjo ‘Il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA f’4 passi’

Ara wkoll il-klipp ‘Napo fil-…valutazzjoni tar-riskju online

Sir af aktar dwar il-proġett tal-OiRA u r-riżorsi promozzjonali tiegħu.

Xerred l-aħbar u kkondividi l-għodod tagħna permezz tal-hashtag #OiRAtools