Fatturi ta’ riskju tal-kanċer fl-Ewropa: skopri l-ewwel sejbiet tal-Istħarriġ ta’ EU-OSHA dwar l-Esponiment tal-Ħaddiema

Image

Biex tgħin fil-ġlieda kontra l-kanċer okkupazzjonali, l-EU-OSHA wettqet Stħarriġ dwar l-Esponiment tal-Ħaddiema għal fatturi ta’ riskju tal-kanċer (WES) fl-Ewropa. L-għan huwa li jiġu identifikati aħjar il-fatturi ta’ riskju fil-postijiet tax-xogħol li jistgħu jwasslu għall-marda, filwaqt li tiġi pprovduta data attwali u komprensiva li tista’ tintuża għall-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni u t-tfassil tal-politika.

Eluf ta’ ħaddiema f’sitt Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Ungerija u l-Finlandja) ġew intervistati biex jiġi stmat l-esponiment probabbli tagħhom għal 24 fattur ta’ riskju tal-kanċer magħrufa, li jinkludu sustanzi kimiċi industrijali, sustanzi u taħlitiet iġġenerati mill-proċess, flimkien ma’ fatturi ta’ riskju fiżiku.

L-istħarriġ juri li r-radjazzjoni UV u l-emissjonijiet tad-diżil huma l-aktar esponimenti frekwenti għar-riskju tal-kanċer fil-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa. L-ewwel sejbiet joffru wkoll ħarsa lejn id-data prezzjuża li tista’ tinkiseb mill-WES.  

Aqra l-istqarrija għall-aħbarijiet

Esplora l-ewwel sejbiet u s-sommarju tal-metodoloġija

Sir af aktar fit-taqsima l-ġdida tagħna fuq il-web iddedikata lill-WES