You are here

Punti ewlenin
04/05/2018

Sejħa għall-applikazzjonijiet - Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018

L-EU-OSHA tkompli tikkollabora mal-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Dokumentarju u Film Animat (DOK Leipzig 2018), li jsir mid-29 ta’ Ottubru sal-4 ta’ Novembru, fejn jiġi ppreżentat il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Il-Premju jonora l-aħjar dokumentarju jew film animat dwar suġġetti relatati max-xogħol bi premju ta’ EUR 5 000 u s-sottotitolar f’għażla ta’ lingwi Ewropej.

L-iskadenza finali għall-applikazzjoni biex wieħed jipparteċipa f’DOK Leipzig 2018 hija s-7 ta’ Lulju.

Sib il-kriterji għall-applikazzjoni għall-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018

Agħti ħarsa lejn ir-rebbieħa tal-edizzjonijiet preċedenti