You are here

Punti ewlenin
24/07/2018

Sejħa għal entrati għall-Premjijiet ta' Prattika Tajba 2018-19.

L-EU-OSHA issa qed taċċetta applikazzjonijiet għall-Premjijiet ta' Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-19.

Jekk qed tagħmel titjib reali u sostenibbli għas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) pemezz tal-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi, nixtiequ nsiru nafu dwaru. Il-ġurija se tkun qed tfittex eżempji meħudin mir-realtà ta’ ġestjoni tal-OSH innovattiva u effettiva u evidenza ta’ trasferibbiltà lejn postijiet tax-xogħol oħrajn.

L-entrati l-ewwel se jiġu ġġudikati f’livell nazzjonali mill-punti fokali f’evalwazzjoni tripartitika. Ir-rebbieħa nazzjonali li jintgħażlu imbagħad jgħaddu għall-kompetizzjoni pan-Ewropea.

Iċċekkja l-iskadenzi tas-sottomissjoni u sir af aktar dwar il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba

Ingħaqad mal-kampanja ‘'Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi’