You are here

Punti ewlenin
06/04/2017

Sejħa għall-applikazzjonijiet - Festival Internazzjonali taʼ Leipzig DOK għal Dokumentarji u Films Animati 2017

Din is-sena s-60edizzjoni tal-Festival Internazzjonali taʼ Leipzig DOK se jkun bejn it-30 taʼ Ottubru u l-5 ta' Novembru.

Bħal kull sena, l-EU-OSHA tikkollabora fʼdan il-festival bil-preżentazzjoni tal-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ʼl Quddiem is-Saħħa, premju li jonora l-aħjar dokumentarju jew film animat dwar suġġetti relatati max-xogħol bi premju taʼ EUR 5,000 u l-produzzjoni taʼ 1,000 DVD inklużi sottotitoli fʼgħażla taʼ lingwi Ewropej.

Tistaʼ tissottometti d-dokumentarji, animazzjonijiet u dokumentarji animati tiegħek fuq is-Sit web Dok Leipzig sas-7 taʼ Lulju.

Sib il-kriterji għall-applikazzjoni għall-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ʼl Quddiem is-Saħħa 2017