Punti ewlenin
07/02/2020

Sejħa għal entrati għall-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa 2020

 © EU-OSHA / David Tijero Osorio

Din is-sena l-EU-OSHA tippreżenta l-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa flimkien mal-festival tal-films dokumentarji Doclisboa f’Lisbona, il-Portugall. L-entrati għas-sottomissjoni ta’ films dokumentarji issa huma miftuħin. 

Il-Premju jonora l-aħjar dokumentarju dwar suġġett relatat max-xogħol bi premju ta’ EUR 5000 u s-sottotitolar f’għażla ta’ lingwi Ewropej.

Sir af aktar dwar il-kriterji biex tapplika għall-premju

Iċċekkja l-iskadenza u ssottometti l-entrata tiegħek

Agħti ħarsa lejn ir-rebbieħa ta’ edizzjonijiet preċedenti