Punti ewlenin
21/11/2019

Aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol - x’inhuma l-problemi ta’ saħħa li jikkawżaw u kif nistgħu nindirizzawhom aħjar?

© INSHT

Ir-rapport il-ġdid tagħna janalizza l-letteratura xjentifika dwar mard speċifiku relatat max-xogħol - bħal mard infettiv u allerġiji - ikkawżat mill-aġenti bijoloġiċi. Jinkludi wkoll is-sejbiet ta’ stħarriġ tal-esperti u evalwazzjoni ta’ sistemi użati mill-Istati Membri tal-UE biex jimmonitorjaw tali mard u esponimenti. Ir-rapport jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal prattiki aħjar ta’ monitoraġġ, strateġiji ta’ prevenzjoni u politiki.

Dan ix-xogħol jagħmel parti minn proġett ta’ skala kbira biex jiġi indirizzat il-mard relatat max-xogħol fuq il-postijiet tax-xogħol fl-UE u biex tiġi żgurata prevenzjoni aħjar.

Aqra l-analiżi tal-letteratura u s-sommarju dwar l-aġenti bijoloġiċi u l-mard relatat max-xogħol