Punti ewlenin
14/06/2019

Rapport Annwali 2018: sena ta’ kollaborazzjoni, impenn u kampanja

Ir-rapport Annwali 2018 jiddeskrivi kif l-EU-OSHA segwiet l-għan tagħha li tikseb postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa fl-Ewropa. 

Stadji importanti sinifikanti jinkludu t-tnedija tal-kampanja 2018–19 Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi, u l-pubblikazzjonijiet tal-proġett dwar is-sigurtà u s-saħħa f’intrapriżi mikro u żgħar u l-proġett ta’ previżjoni dwar riskji ġodda u emerġenti imposti mid-diġitalizzazzjoni. Is-sejbiet minn dawn il-proġetti se jkunu ta’ informazzjoni għat-tfassil tal-politika u ta’ ispirazzjoni għal Kampanja ta’ Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa fil-futur.

Sir af aktar dwar l-attivitajiet tagħna fir-Rapport Annwali 2018 tagħna u s-sommarju tiegħu.