Punti ewlenin
30/07/2020

Pariri għall-impjegaturi dwar l-għoti ta’ appoġġ lill-ħaddiema b’mard muskoloskeletali

© Arpad Pinter / PIXELTASTER

Uffiċjal tal-pulizija, receptionist u podologu, kull wieħed b’disturb muskoloskeletali kroniku (MSD), jiddiskutu l-esperjenzi tagħhom fi studju dwar il-kwistjoni tas-saħħa globali l-aktar mifruxa li taffettwa lill-ħaddiema.

Huma jidhru f’sett ta’ studji tal-każijiet li jeżaminaw il-vjaġġ ta’ ritorn lura lejn ix-xogħol jew li wieħed jibqa’ x-xogħol b’MSD kroniku bħal uġigħ fid-dahar, fl-għonq, fid-dirgħajn jew fir-riġlejn. Ir-rapport li janalizza l-istudji jenfasizza li impjegati siewja bl-MSDs jenħtieġ li jibqgħu jitqiesu bħala “assi” u mhux bħala “problema”.

Ara r- rapport sħiħ u s-sommarju

Skopri aktar dwar l-attività ta’ riċerka tagħna dwar l-MSDs relatati max-xogħol

Aqra l-artikli tal-OSHwiki dwar l-immaniġġjar tal-uġigħ tad-dahar u l-ħidma b’MSD