Punti ewlenin

Back to highlights

L-avvanz lejn postijiet tax-xogħol tal-UE ħielsa mill-kanċer

Image

Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer issir kull sena mill-25 sal-31 ta’ Mejju taħt it-tmexxija tal-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej tal-Kanċer biex titqajjem kuxjenza dwar il-prevenzjoni tal-kanċer, l-aċċess għat-trattament u l-appoġġ għas-superstiti. Din tintemm fil-31 ta’ Mejju fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Mingħajr Tabakk, li tiġbed l-attenzjoni globali għall-imwiet u għall-mard ikkawżati minnu li jistgħu jiġu evitati . Is-slogan għall-2021 huwa “Commit to quit” (“Ikkommetti ruħek li tieqaf”), peress li l-pandemija tal-COVID-19 wasslet biex miljuni ta’ utenti tat-tabakk ikunu lesti li jieqfu.  

Kull sena, 3.5 miljuni persuna fl-UE jiġu dijanjostikati bil-kanċer, u 1.3 miljuni imutu minnu. Madankollu, aktar minn 40 % tal-każijiet tal-kanċer jistgħu jiġu evitati. Sabiex jiġi indirizzat dan, il-Pjan Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer huwa inizjattiva mill-Kummissjoni li għandha l-għan li tnaqqas il-piż tal-kanċer għall-pazjenti, għall-familji tagħhom u għas-sistemi tas-saħħa, li tindirizza l-inugwaljanzi relatati mal-kanċer bejn u fi ħdan l-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeni beda fl-2016 bħala programm ta’ azzjoni konġunta fost is-sħab fl-Ewropa kollha, inkluża l-EU-OSHA, biex jiġġieled u jqajjem kuxjenza dwar l-aġenti li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol.

Żur is-sit tal-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeniu segwi l-paġna ta’ LinkedIn tiegħu li tnediet dan l-aħħar

Żur is-sit dwar il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer

Aktar informazzjoni dwar il-Pjan Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer

Ara “Napo fil-… pulmuni fuq ix-xogħol”

Share this on: