Punti ewlenin
25/01/2019

5 sistemi ta' twissija u ta' kontroll għall-kxif ta' mard ġdid relatat max-xogħol esplorati fid-dettall

Kull artikolu jiddeskrivi sistema differenti, il-karatteristiċi ewlenin tagħha, il-metodi ta’ rapportar, il-mekkaniżmi biex jiġu identifikati mard u riskji ġodda relatati max-xogħol u biex jintbagħtu twissijiet fuq livelli differenti, l-ispejjeż assoċjati u kif id-data li tinġabar tintuża biex jiġu informati l-istrateġiji ta’ politika u ta’ prevenzjoni. Intervisti mal-partijiet interessati ta' dawn is-sistemi jitfgħu dawl fuq l-ixprunaturi għal u l-ostakoli għall-implimentazzjoni tas-sistema, u fuq kif kull approċċ tas-sistema jista' jiġi ttrasferit lil pajjiżi oħrajn.

L-artikoli huma bbażati fuq ir-rapport Approċċi ta’ twissija u ta’ kontroll għall-identifikazzjoni ta’ mard relatat max-xogħol fl-UE li janalizza fid-dettall 12-il approċċ different, l-ixprunaturi u l-ostakli, u jifformula rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu implimentati dawn is-sistemi. Dan il-proġett juri kemm huma utli s-sistemi ta' twissija u ta' kontroll biex jikkumplimentaw l-istrumenti diġà użati biex jimmonitorjaw mard okkupazzjonali magħruf.

Aqra l-5 artikli

Preżentazzjonijiet jagħtu fil-qosor is-sejbiet għal esperti u għal udjenza mhux esperta

Sir af aktar dwar sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll