You are here

Punti ewlenin
06/07/2017

Stampar 3D u monitoraġġ tal-ħaddiema: rivoluzzjoni industrijali ġdida?

It-teknoloġija għandha rwol li kull ma jmur qiegħed dejjem jiżdied fuq il-post tax-xogħol u qed tibdel il-mod kif jaħdmu n-nies. Dan jista᾽ jkun ta᾽ ġid għall-ħaddiema, iżda jista᾽ jirriżulta wkoll f᾽riskji emerġenti u ġodda għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-EU-OSHA ppubblikat żewġ rieżamijiet esperti ġodda li jeżaminaw l-użu ta᾽ tipi speċifiċi ta᾽ teknoloġija fuq il-post tax-xogħol: wieħed jiddiskuti stampar 3D (manifattura addittiva) u riskji ġodda potenzjali f᾽termini ta᾽ responsabbiltà, materjali użati, modi flessibbli ta᾽ xogħol, u monotonija fuq ix-xogħol. Ir-rieżami espert l-ieħor jiffoka fuq il-monitoraġġ tal-ħaddiema permezz ta᾽ teknoloġija għall-benesseri, li diġà hija bidla radikali f᾽ħafna postijiet tax-xogħol.

Aqra dwar stampar 3D fuq il-post tax-xogħol

Sir af aktar dwar il-monitoraġġ tal-ħaddiema