Punti ewlenin
05/11/2019

Il-Premju tal-Films għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2019 jingħata lil...

Bird Island ta’ Sergio da Costa u Maya Kosa ħa t-titlu tal-aħjar film dwar suġġett relatat max-xogħol fil-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għad-Dokumentarji u l-Films (DOK Leipzig).

Il-film rebbieħ jindirizza r-riabilitazzjoni billi joħloq analoġija li ssaħħar bejn il-paċenzja u l-kura meħtieġa biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ għasafar midruba f’xi santwarju u ta’ żagħżugħ li jerġa’ lura għax-xogħol wara marda fit-tul.

Mill-2009, l-EU-OSHA ppreżentat il-premju f’DOK Leipzig, wieħed mill-festivals l-aktar importanti għal dokumentarji u films animati. Hija l-vetrina perfetta għall-approċċi artistiċi biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li n-nies jiffaċċjaw fuq il-post tax-xogħol.

Aqra l-istqarrija għall-aħbarijiet

Ara t-trailer ta’ Bird Island

Skopri aktar dwar ir-rebbieħ ta’ din is-sena tal-Premju tal-Films għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa