You are here

Punti ewlenin
15/12/2017

L-2018 dalwaqt tasal... u ġġib magħha kampanja ġdida ta’ Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

L-2018 dalwaqt tasal u bis-Sena l-Ġdida, il-kampanja “Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi” tinsab fil-qrib. Il-kampanja hija ddedikata biex tqajjem sensibilizzazzjoni għas-sustanzi perikolużi u tippromwovi kultura ta’ prevenzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa kollha.

L-EU-OSHA ser tniedi din il-kampanja 2018-2019 fir-rebbiegħa. Aħna nisperaw li s-sħab u l-partijiet ikkonċernati tal-kampanja tagħna kollha jappoġġawha bl-istess qawwa li appoġġaw l-aħħar waħda, “Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età”.

Żomm ruħek aġġornat dwar il-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-19

Nixtiequlek staġun ta’ festi sbieħ u Sena Ġdida mimlija paċi

u sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol!