You are here

Punti ewlenin
10/04/2019

10 snin tal-Premju għall-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fil-Festival DOK Leipzig

Ingo Kramarek via pixabay.com

L-EU-OSHA b’kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Dokumentarji u Films Animati (DOK Leipzig 2019) ifittex l-aqwa films dwar suġġetti relatati max-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jindirizzaw lill-bniedem f’dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel. Il-premju fil-kategorija “Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu” ilu jiġi ppreżentat kontinwament mill-2009, u għaldaqstant l-2019 tfakkar l-10 sena minn meta dan ġie introdott għall-ewwel darba.

Minbarra l-premju ta’ €5,000, il-film rebbieħ jiġi sottotitolat u jintwera u jiġi diskuss madwar ħafna pajjiżi Ewropej. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija miftuħa bl-għeluq tal-applikazzjonijiet f’Mejju u Lulju.

Iċċekkja r-regoli għall-applikazzjonijiet

Ispira ruħek minn films preċedenti li ngħataw il-Premju għall-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu