Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

L-14-il darba tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa marbuta mas-sigurtà u mas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) huwa parti mill-kampanja tal-2018-19 Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi u jirrikonoxxi organizzazzjonijiet li jiġġestixxu b’mod attiv ir-riskji ppreżentati minn sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.

Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa huma organizzati mill-EU-OSHA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, biex jirrikonoxxu kontributi eċċezzjonali u innovattivi marbuta mas-sigurtà u mas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Il-premjijiet iservu wkoll bħala pjattaforma għall-kondiviżjoni u għall-promozzjoni ta’ prattika tajba fl-Ewropa kollha.

B’mod partikolari fl-edizzjoni tal-2018-19, l-eżempji għandhom juru approċċ olistiku għall-ġestjoni tal-OSH kif ukoll titjib reali fl-użu u fl-immaniġġar ta’ sustanzi perikolużi li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa. Il-ġurija tripartitika indipendenti ser tkun qed tfittex ukoll interventi li huma kemm sostenibbli kif ukoll trasferibbli.

Eżempji ppremjati u mfaħħra