You are here

Kampanja 2014–15: Inqas Stress għal Aktar Saħħa fuq ix-Xogħol

Campaign 2014-15: Healthy Workplaces Manage Stress. Campaign promotion stand
Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa 2014–15 għandha tliet għanijiet ewlenin: (1) tissensibilizza u ttejjeb il-fehim tagħna tal-istress u r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol; (2) tipprovdi gwida, appoġġ u għodod prattiċi għall-immaniġġjar tar-riskji; u (3) tenfasizza l-benefiċċji tal-immaniġġjar tar-riskji psikosoċjali għall-ħaddiema u n-negozji.

Ir-riskji psikosoċjali jistgħu jiġu vvalutati u mmaniġġjati bl-istess mod sistematiku bħar-riskji ‘tradizzjonali’ fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa għall-2014-15.

Raġunament

Għaliex il-kampanja hija daqshekk importanti?

Jeżisti ħafna nuqqas ta’ ftehim dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol u tibqa’ l-istigma fuq il-problemi ta’ saħħa mentali. Stħarriġ jissuġġerixxi li ħafna impjegaturi jemmnu li r-riskji psikosoċjali huma iżjed diffiċli biex jiġu ġestiti mir-riskji ‘tradizzjonali’ fuq il-post tax-xogħol. Huma jistgħu jħossu li s-saħħa mentali tal-impjegat hija kwistjoni wisq sensittiva biex tiġi diskussa jew li m’għandhomx il-kompetenza meħtieġa.

Din il-kampanja għandha l-għan li tnaqqas id-distakk bejn in-nuqqas ta’ ftehim u r-realtà billi tipprovdi informazzjoni u appoġġ prattiku.

Avvenimenti tal-kampanja

  • Tnedija tal-kampanja, 7 ta’ April 2014
  • Ġimgħat Ewropej tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Ottubru 2014 u 2015
  • Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba, 27 ta' April 2015
  • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa, 3 u 4 ta’ Novembru 2015

Dawn huma kkomplimentati minn ħafna workshops iżgħar, seminars u opportunitajiet ta’ netwerking li jiġu organizzati tul il-kampanja kollha.

Min jista’ jieħu sehem? Kif tista’ tinvolvi ruħek?

Kampanji dwar Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa huma miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha, u l-EU-OSHA tħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa bi kwalunkwe mod li jista’.

Pereżempju, tista’ tinvolvi ruħek billi:

Għajnuna prattika

L-EU-OSHA ġabret rikkezza ta’ materjali biex tappoġġja l-kampanja. Dawn huma kollha disponibbli fuq il-websajt iddedikata lill-kampanja: