You are here

Premjijiet

Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba jiċċelebraw eżempji ewlenin ta’ maniġers u impjegaturi li jaħdmu flimkien biex jiksbu OSH tajba. Billi jiġu enfasizzati l-benefiċċji, il-premjijiet jgħinu iżjed kumpaniji jirrealizzaw li OSH tajba hija parti essenzjali min-negozji. L-entrati jintlaqgħu mingħand l-impjegaturi u l-ħaddiema Ewropej kollha, kif ukoll is-sħab soċjali, il-prattikanti tal-OSH u l-konsulenti tal-OSH.

Il-Premju tal-Films dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa jiġi ppreżentat fil-Festival DOK Leipzig; il-premju jingħata għall-aħjar dokumentarju relatat max-xogħol. L-entrati għandhom joħolqu sensibilizzazzjoni dwar l-OSH fuq il-post tax-xogħol, billi jiffukaw fuq ‘il-bniedem f’dinja tax-xogħol li qed tinbidel’. Id-direttur rebbieħ jirċievi premju fi flus u 1,000 kopja tal-film tiegħu jitqassmu madwar l-Ewropa kollha. L-EU-OSHA tappoġġja wkoll il-wiri tal-film rebbieħ f’avvenimenti madwar l-Ewropa kollha.

Ir-rebbieħa preċedenti kienu ispirati minn firxa wiesgħa ta’ oqsma fid-dinja tax-xogħol. Ara t-trejlers tal-films rebbieħa fuq il-kanal tal-YouTube tal-EU-OSHA.