Il-Kampanja 2016–17: Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età

Image
2016–17 Campaign: Healthy Workplaces for All Ages

Kondizzjonijiet tax-xogħol siguri u f'saħħithom matul il-ħajja professjonali jagħmlu ġid lill-ħaddiema, lin-negozji u lis-soċjetà kollha. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa għall-2016-17

Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa 2016–17 għandha erba' għanijiet ewlenin:

  1. il-promozzjoni tax-xogħol sostenibbli u anzjanità f'saħħitha mill-bidu tal-ħajja professjonali;
  2. il-prevenzjoni ta' problemi tas-saħħa matul il-ħajja professjonali;
  3. tipprovdi metodi lill-impjegaturi u lill-ħaddiema ta' kif jamministraw is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fil-kuntest tat-tixjieħ tal-forza tax-xogħol;
  4. u l-inkoraġġiment ta' skambju ta' informazzjoni u prattika tajba.

Raġunament

Għaliex il-kampanja hija daqshekk importanti?

Il-forza tax-xogħol fl-Ewropa qed tixjieħ. L-etajiet tal-irtirar qed jogħlew u l-ħajja fuq il-post tax-xogħol aktarx se titwal.

Ix-xogħol jagħmel tajjeb lis-saħħa fiżika u mentali, u amministrazzjoni tajba tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali żżid il-produttività u l-effiċjenza. Bidliet demografiċi jistgħu jikkawżaw problemi, iżda l-assigurar ta' ħajja professjonali sostenibbli tgħin biex dawk l-isfidi jintlaħqu.

Avvenimenti tal-kampanja

  • It-tnedija tal-Kampanja, April 2016
  • Ġimgħat Ewropej tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, Ottubru 2016 u 2017
  • Il-Preżentazzjoni tal-Premjijiet ta' Prattika Tajba ta' Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa
  • Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa, Novembru 2017

Hemm ukoll ħafna avvenimenti żgħar matul il-kampanja. Ikkuntattjana biex issir taf iktar dwar werkxops, seminars u opportunitajiet ta' netwerking.

Min jista’ jieħu sehem? Kif tista’ tinvolvi ruħek?

Il-kampanja hija miftuħa għal individwi kif ukoll organizzazzjonijiet ta' kull daqs fis-setturi kollha, fosthom intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Dawn jistgħu jkunu, fost oħrajn:

  • maniġers, superviżuri u ħaddiema;
  • trejdjunjins u rappreżentanti tas-sigurtà u s-saħħa;
  • professjonisti fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u fir-riżorsi umani;
  • assoċjazzjonijiet professjonali;
  • u dawk li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni.

Int mistieden:

  • tqassam materjali tal-kampanja;
  • torganizza attivitajiet u avvenimenti;
  • tuża l-għodda għall-amministrazzjoni tal-età;
  • tipparteċipa fil-Premjijiet ta' Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa;
  • tinvolvi ruħek fil-Ġimgħat Ewropej għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-2016 u l-2017;
  • issir sieħeb uffiċjali jew nazzjonali tal-kampanja;
  • issegwi l-kampanja fuq Facebook, Twitter, LinkedIn u midja soċjali oħra.

Għajnuna prattika

Meta titnieda uffiċjalment il-kampanja f'April 2016, ħafna riżorsi se jkunu disponibbli fis-sit web iddedikat għall-kampanja fuq www.healthy-workplaces.eu, bħal:

  • rapporti u studji ta' każijiet dwar l-immaniġġjar tal-OSH fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qiegħda tixjieħ
  • gwida elettronika prattika dwar l-immaniġġjar tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qiegħda tixjieħ;
  • Preżentazzjonijiet bil-PowerPoint, fuljetti, kartelluni, u materjal ieħor tal-kampanja;
  • informazzjoni dwar il-Premjijiet ta' Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa;
  • Infografiċi;
  • u vidjos animati.