L-ekonomija tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali - il-valur tal-OSH lis-soċjetà

Image

Din l-għodda ta' viżwalizzazzjoni tad-data tissottolinja s-sejbiet ewlenin ta' proġett li sar mill- Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il- Ministeru Finlandiż tal-Affarjiet Soċjali u tas-Saħħa, l- Istitut Finlandiż tas-Saħħa Okkupazzjonali (FIOH), l- Istitut WSH f'Singapor, il- Kummissjoni Internazzjonali dwar is-Saħħa Okkupazzjonali (ICOH) u l-EU-OSHA biex ikunu żviluppati stimi dinjija aġġornati dwar il-mard u l-korrimenti relatati mal-post tax-xogħol. L-istatistiċi huma bbażati fuq data disponibbli f'livell internazzjonali, l-aktar l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u s-sorsi ta' data tal-ILO.

Il-kalkulazzjoni tuża d-DALYs (snin ta' ħajja aġġustati skont id-diżabbiltà) bħala kejl metriku għal korrimenti okkupazzjonali u mard relatat max-xogħol. Dawn l-istimi huma ppreżentati flimkien mal-ILO fil- XXI Kungress Dinji dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol f'Singapor f'Settembru 2017.

Din l-għodda tipprovdi preżentazzjoni viżwali u aċċessibbli tad-data fuq l-ispejjeż tas-soċjetà minħabba korrimenti u mard relatat max-xogħol, li jkopru r-reġjuni dinjija kollha u toffri data iktar speċifika f'livell ta' Stati Membri tal-UE. L-ispejjeż tas-soċjetà huma murija f'termini monetarji u bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross (PDG). Barra minn hekk fil-livell tal-UE issib ukoll id-distribuzzjoni ta' DALYs fost il-kawżi ewlenin relatati max-xogħol (kanċer, mard ċirkolatroju, disturbi muskuloskeletali u korrimenti).

Glossarju ta' termini użati frekwentament kif ukoll deskrizzjoni ddettaljata tal-metodoloġija tar-riċekra hija pprovduta.

Aċċessa l-għodda ta' viżwalizzazzjoni