Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Agħżel Lingwa:

Netwerk ta’ l-OSHA
Loading
You are here: Home Dwarna Ir-Rokna tad-Direttur Dwarna

Dwarna

Min aħna?

 

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) hija impenjata li tagħmel lill-Ewropa post tax-xogħol aktar sigur, aktar tajjeb għas-saħħa u aktar produttiv. Aħna nippromwovu kultura ta' prevenzjoni tar-riskju sabiex intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

 

X'nagħmlu

 

Attivitajiet:

Aħna noħolqu kuxjenza u nqassmu informazzjoni fuq l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema’għat-tkabbir u l-istabilità ekonomika u soċjali Ewropea.

Prevenzjoni

Aħna niddisinjaw u niżviluppaw strumenti prattiċi għal kumpaniji żgħar u ta' daqs medju biex ngħinuhom jivvalutaw ir-riskji fuq il-post tax-xogħol kif ukoll jaqsmu l-għarfien u l-prattiki tajba fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħom u lil hinn.

Is-Sħubija

Aħna naħdmu id f'id mal-gvernijiet u ma' organizzazzjonijiet ta' ’min iħaddem’, korpi u netwerks tal-UE, kif ukoll kumpaniji privati. Il-vuċi tagħna hija multiplikata permezz tan-netwerk professjonali relatat mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li huwa rrappreżentat b'punt fokali ddedikat fl-Istati Membri kollha tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati kif ukoll il-pajjiżi kandidati potenzjali.

Riċerka

Aħna nidentifkaw u nivvalutaw riskji ġodda u emerġenti fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll nissottolinjaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi sferi oħra ta' politika bħall-edukazzjoni, is-saħħa pubblika kif ukoll ir-riċerka.

 

Kif nagħmlu dan
 


 

IL-KAMPANJA GĦAL POSTIJIET TAX-XOGĦOL ĦIELSA MILL-PERIKLI

L-attività ewlenija tagħna hija li nqajmu kuxjenza u nippromwovu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fost diversi udjenzi madwar l-Ewropa.

GĦODDA TA' VALUTAZZJONI TAR-RISKJU INTERATTIVA ONLAJN (OiRA)

Inizjattiva Ewropea mmexxija mill-UE-OSHA biex tiġi żviluppata sistema fuq l-internet faċli biex tużaha u mingħajr ħlas għall-ħolqien ta' għodda onlajn għall-valutazzjoni tar-riskju.

STĦARRIĠ TAL-IMPRIŻA ESENER

Stħarriġ tal-impriżi madwar l-Ewropa kollha li jesplora l-perspettivi tal-maniġers u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq kif huma ġestiti r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fil-postijiet tax-xogħol rispettivi.

PROĠETTI MBASSRA

Proġetti innovattivi li jipproduċu settijiet ta' xenarji għall-2020, li jkopru teknoloġiji ġodda f'impjiegi relatati mal-ambjent u l-impatt li dawn jista' jkollhom fuq is-’saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Il-films ta' NAPO

Serje ta' films prodotti bil-grafika tal-kompjuter. L-istejjer għandhom valur edukattiv u jużaw karattri mid-dinja tax-xogħol, li jkunu ffaċċjati minn kwistjonijet reatati mas-saħħa u s-sigurtà.

Napo Consortium logo

Bullettin b’xejn

Irċievi aġġornament mingħandna darba fix-xahar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Agħmel abbonament

Tista' wkoll tuża s-Servizz t'Allert tagħna!