2016 — Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa

Il-vjolenza kontra n-nisa hija problema sinifikanti ħafna fl-Unjoni Ewropea (UE): mara minn kull tlieta sfat vittma ta' vjolenza sesswali u/jew fiżika. Il-vjolenza abbażi tas-sess hija vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tan-nisa fir-rigward tad-dinjità, l-ugwaljanza u l-aċċess għall-ġustizzja, u hija waħda mill-iktar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem komuni. Ma għandhiex fruntieri ġeografiċi, finanzjarji, kulturali jew soċjali. Għalhekk, is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa għall-2016 għandha l-għan li tindirizza dan l-ostaklu ewlieni għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.

Il-vjolenza kontra n-nisa tinkludi l-atti kollha ta' vjolenza abbażi tas-sess li jirriżultaw fi (jew li x'aktarx jikkawżaw) ħsara fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika jew tbatija għan-nisa. Din tinkludi theddid ta' tali atti, sfurzar jew ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm jekk fil-ħajja pubblika kif ukoll f'dik privata. Barra minn hekk, ċerti reati vjolenti jaffettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat, bħal attakk sesswali, fastidju sesswali, stupru, stalking u vjolenza domestika.

Is-Snin Ewropej għandhom l-għan ji jinkoraġġixxu d-djalogu u d-dibattitu, kemm fi ħdan il-pajjiżi tal-UE kif ukoll bejniethom. Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa għall-2016 sejra ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-UE dwar il-vjolenza abbażi tas-sess, li tinkoraġġixxi rapportar iktar miftuħ tal-problema. Sejra tiffoka wkoll fuq l-iżvilupp ta' miżuri prattiċi għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, u sejra tistabbilixxi objettivi ġodda ta' politika fit-tul.

Sir af iktar dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa għall-2016.

Entrata ta' OSHwiki dwar il-fastidju sesswali u l-vittimizzazzjoni: x'jiġri fuq il-post tax-xogħol

Infografika dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol

In-nisa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

 

 

Share this on: