Netwerk Enterprise Europe

Netwerk Enterprise Europe

Netwerk Enterprise Europe In-Netwerk Enterprise Europe (EEN) huwa inizjattiva Ewropea ewlenija li l-għan tagħha huwa li tipprovdi innovazzjoni u sostenn għan-negozji lill-SMEs madwar l-Unjoni Ewropea. In-Netwerk, li jagħmel parti mill-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, huwa punt uniku ta’ servizz għal informazzjoni dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE, opportunitajiet ta’ finanzjament, assistenza fit-tiftix għal sieħba tan-negozju u għajnuna fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni. Jinkorpora madwar 600 organizzazzjoni sieħba, fi 53 pajjiż, li joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi lill-SMEs

Il-Proġett dwar Sħubiji fil-Komunikazzjoni (CPP) għandu l-għan ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) fost l-SMEs u biex dawn jingħataw aċċess faċli għal informazzjoni prattika u kuntatti utli fil-livelli nazzjonali u reġjonali, pereżempju Laqgħat ta’ Sħubija Nazzjonali, Pakketti ta’ Sensibilizzazzjoni u attivitajiet oħra bħall- Premjijiet tal-OSH tal-EEN.

Il- membri tal-EEN huma wħud mill-imsieħba ewlenin li jgħinu lill-EU-OSHA tilħaq l-objettivi tagħha, flimkien mad- Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROWTH), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) u l-punti fokali nazzjonali tal-EU-OSHA.

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROWTH) għandu l-kompitu li jippromwovi qafas favorevoli għat-tkabbir għall-intrapriżi Ewropej. Għandu rwol ewlieni fl-aġenda Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, u huwa s-servizz tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għat-tlestija tas-suq intern għal prodotti u servizzi, it-trawwim tal-intraprenditorija u t-tkabbir u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, pereżempju.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) ġiet stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea biex tmexxi f'isimha partijiet sinifikanti minn diversi programmi tal-UE, fosthom il-Kompetittività tal-Intrapriżi u tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (COSME), l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE), Orizzont 2020 u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (EMFF).

L-għan tagħha huwa li tgħin biex tinħoloq ekonomija Ewropea aktar kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

L-Ambaxxaturi tan-Netwerk Enterprise Europe għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u r-rwol tagħhom

Il-Premju tan-Netwerk Enterprise Europe għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-XogħolL-EEN ilha mill-2009 tikkoopera mal-EU-OSHA biex tqajjem kuxjenza dwar l-OHS fost l-SMEs u l-mikrointrapriżi. Biex iwettaq dan il-kompitu, l-EEN jaħtar Ambaxxaturi tal-OSH fil-livell ta’ pajjiż. L-irwol tagħhom jinkludi l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet, il-promozzjoni tal-OHS lill-SMEs fil-livell nazzjonali u r-rappurtar lura lill-EU-OSHA darba fis-sena dwar l-attivitajiet ta’ OHS tagħhom.

Ara l-lista sħiħa tal-Ambaxxaturi tal-EEN tal-OSH

Fi ħdan is-CPP, ir-rwol tal-Grupp Ta’ Ħidma dwar Sħubiji ta’ Komunikazzjoni (CPWG), li huwa magħmul minn tliet punti fokali nazzjonali, tliet Ambaxxaturi tal-EEN tal-OSH u rappreżentanti tal-EU-OSHA, tad-DĠ GROWTH u tal-EASME, huwa prinċipalment biex jipprovdi pariri esperti u strateġiċi dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġija tal-EU-OSHA dwar sħubiji ta’ komunikazzjoni.

Il-Premju tan-Netwerk Enterprise Europe għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Fil-qafas tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-aġenzija, l-għan tal-Premju tal-OHS tal-EEN huwa s-sensibilizzazzjoni dwar u l-promozzjoni tal-OHS lill-SMEs. Il-membri tal-EEN tat-28 Stat Membru, kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, huma mistiedna jressqu għal rikonoxximent kwalunkwe proġett tagħhom li għandu l-għan li jippromwovi s-saħħa u s-sigurtà b'mod aħjar fuq il-post tax-xogħol fl-SMEs u li jiffittja f'waħda mill-kategoriji li ġejjin: attivitajiet u avvenimenti li jippromwovu l-OHS; il-bini ta’ netwerks; u l-komunikazzjoni u pubblikazzjonijiet stampati u online.

Il-Premju tal-OSH tal-EEN jiġi ppreżentat kull sentejn.

2013 | 2014/15