You are here

Stqarrijiet għall-istampa
GĦAL RILAXX IMMEDJAT - 21/06/2016 - 01:45

Iktar minn 100 sieħeb mill-Ewropa kollha impenjaw ruħhom għal Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol EU-OSHA) ikkonfermat l-ewwel mewġa ta' sħab uffiċjali tal-kampanja u tal-midja li sejrin jissieħbu fil-kampanja pan-Ewropea 2016-17 tagħha, Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età. In-netwerk ta' sħab uffiċjali tal-kampanja huwa magħmul minn kumpaniji u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali li jirrappreżentaw varjetà ta' setturi inkluż federazzjonijiet tal-impjegaturi u tal-ħaddiema, pjattaformi tat-teknoloġija, organizzazzjonijiet mhux governattivi u multiċittadini. Is-sħab tal-midja tal-kampanja ssieħbu wkoll biex jgħinu jqajmu sensibilizzazzjoni permezz tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u permezz tal-Internet.

27 % tal-ħaddiema tal-UE jaħsbu li mhux se jkunu jistgħu jagħmlu l-istess xogħol sakemm jagħlqu 60 sena. Irridu ntejbu l-ħajja tax-xogħol tal-ġenerazzjonijiet ta' ħaddiema kollha, nippromwovu x-xogħol sostenibbli u x-xjuħija sana.

Il-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età tiffoka fuq ħajja tax-xogħol sostenibbli fil-kuntest tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa li qiegħda tixjieħ. Il-prevenzjoni tul il-ħajja tax-xogħol kollha hija messaġġ ewlieni, bil-valutazzjoni tar-riskju bħala l-bażi tal-prevenzjoni tal-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol, flimkien mar-rijabilitazzjoni, ir-ritorn lejn ix-xogħol u t-tagħlim tul il-ħajja.

 

Dr Christa Sedlatschek, Direttriċi tal-EU-OSHA, spjegat l-importanza tas-sħab tal-kampanja: "27 % tal-ħaddiema tal-UE jaħsbu li mhux se jkunu jistgħu jagħmlu l-istess xogħol sakemm jagħlqu 60 sena. Irridu ntejbu l-ħajja tax-xogħol tal-ġenerazzjonijiet tal-ħaddiema kollha, nippromwovu x-xogħol sostenibbli u x-xjuħija sana. U l-prevenzjoni tar-riskju se tkun il-qalba ta' dan. Billi jissieħbu fil-kampanja 2016-17, l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu ta' eżempju u jkunu minn tal-ewwel biex jimplimentaw soluzzjonijiet prattiċi għall-ġestjoni tal-età fuq il-post tax-xogħol. Il-kontribut tagħhom huwa essenzjali biex il-kampanja tinfetaħ għall-udjenza l-iktar wiesgħa possibbli."

 

L-ewwel mewġa ta' sħab uffiċjali tal-kampanja li sejrin jissieħbu hija magħmula l-iktar minn organizzazzjonijiet li ġeddew l-impenn tagħhom wara l-parteċipazzjoni ta' suċċess tagħhom fil-kampanja 2014-15 Inqas stress għal iktar saħħa fuq ix-xogħol. Huma jistgħu jgawdu mill-ħafna vantaġġi li toffri s-sħubija, inkluż iktar viżibbiltà, skambju ta' għodod u materjali tal-kampanja, netwerking u tagħlim.

 

Fl-ispjegazzjoni tal-aspettattivi tagħhom bħala sħab uffiċjali fil-kampanja, Luca VISENTINI, Segretarju Ġenerali tal-KETU (Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions), qal li: "Il-KETU tistenna li l-kampanja tqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li l-ħaddiema u l-komunitajiet tas-sikurezza jkunu involuti biex tittejjeb il-prevenzjoni fl-etajiet u l-postijiet tax-xogħol kollha u l-ħtieġa għal azzjonijiet fuq il-livell leġiżlattiv sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

 

Rigward il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni tiegħu fil-kampanja, Markus J. BEYRER, Direttur Ġenerali ta' BUSINESSEUROPE, qal li: "Irridu nħarsu lejn kif il-ħaddiema jistgħu jibqgħu iktar fl-impjieg, b'saħħithom u produttivi tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom. Fl-istess ħin, għandna nevitaw li niġġeneralizzaw u nisterjotipaw lin-nies skont l-età. Nittamaw li l-kampanja tassisti lill-impjegati billi tipprovdilhom informazzjoni u għodod utli f'dan ir-rigward."

 

Is-sħab uffiċjali tal-kampanja għandhom ukoll l-opportunità li jipparteċipaw f'diversi avvenimenti u attivitajiet, li fosthom hemm iċ-ċans li jikkompetu fil-kategorija speċjali tas-sħab tal-kampanja għall-Premjijiet tal-Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa. L-avvenimenti ta' skambju ta' prattika tajba organizzati mis-sħab infushom sejrin jiġu organizzati wkoll b'mod regolari matul il-kampanja. Huma okkażjoni għall-organizzazzjonijiet biex jiddiskutu u jitgħallmu minn xulxin dwar il-prattiki tal-ġestjoni tal-OSHA rigward ix-xjuħija fuq il-post tax-xogħol.

 

Il-kampanja tipprevedi t-tieni mewġa ta' sħab li sejrin jissieħbu fil-Ħarifa tal-2016. L-EU-OSHA tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati biex japplikaw onlajn sa Settembru 2016.

 

Is-sħab tal-midja li s'issa ssieħbu fil-kampanja jinkludu ġurnalisti u edituri involuti fl-OSH fl-Ewropa kollha, li jużaw l-istampa u n-netwerks tagħhom, kanali tal-midja soċjali u onlajn biex jgħinuhom jippromwovu l-kampanja u l-messaġġi tagħha. Jorganizzaw ukoll avvenimenti, inkluż materjal tal-kampanja f'korsijiet ta' taħriġ, jippromwovu l-kompetizzjoni Ewropea tal-Premjijiet ta' Prattika Tajba u jinkoraġġixxu n-nomini.

 

Links:

 

Sħab uffiċjali tal-kampanja 2016-17:

  1. Acciona Energia
  2. aeris GmbH
  3. AGE Platform Europe
  4. AIRBUS GROUP
  5. ArcelorMittal Distribution Solutions SA
  6. B·A·D Gesundheitsvorsorge und Sicherheitstechnik GmbH
  7. Baxter
  8. BUSINESSEUROPE
  9. Campofrio Food Group
  10. International Confederation of Inspection and Certification Organisations (CEOC International)
  11. Comité Européen des Fabricants de Sucre (CEFS)
  12. Confederation of National Associations of Tanners and Dressers of the European Community (COTANCE)
  13. Council of European Employers of the Metal, Engineering and Technology-based Industries (CEEMET )
  14. DEKRA Insight
  15. DuPont Sustainable Solutions
  16. Electrocomponents plc
  17. Employee Assistance European Forum (EAEF)
  18. EuroCommerce
  19. EuroHealthNet
  20. European Academy of Occupational Health Psychology (EAOHP)
  21. European Academy of Dermatology and Venereology (EADV)
  22. European Association of Paritarian Institutions (AEIP)
  23. European Confederation of Independent Trade Unions (CESI)
  24. European Construction Industry Federation (FIEC)
  25. European Federation for Company Sport (EFCS)
  26. European Federation for Welding, Joining and Cutting (EWF)
  27. European Federation of Building and Woodworkers (EFBWW)
  28. European Federation of National Maintenance Societies (EFNMS)
  29. European Federation of Public Service Unions (EPSU)
  30. European Hospital and Healthcare Employers' Association (HOSPEEM)
  31. European Industrial Gases Association (EIGA)
  32. European League Against Rheumatism (EULAR)
  33. European Network of Safety and Health Professional Organisations (ENSHPO)
  34. European Operating Room Nurses Association (EORNA)
  35. European Public Law Organization (EPLO)
  36. European Safety Federation (ESF)
  37. European Salt's Producers Association (EUSALT)
  38. European Society of Safety Engineers (ESSE)
  39. European Solvents Industry Group (ESIG)
  40. European Technology Platform on Industrial Safety (ETPIS)
  41. European Trade Union Committee for Education (ETUCE)
  42. European Trade Union Confederation (ETUC)
  43. European Transport Workers' Federation (ETF)
  44. European Virtual Institute for Integrated Risk Management (EU-Vri)
  45. FCC Citizen Services
  46. Federación Iberoamericana de Asociaciones de Psicología (FIAP)
  47. Federation of Occupational Health Nurses within the European Union (FOHNEU)
  48. Federation of the European Ergonomic Societies (FEES)
  49. Gas Natural Fenosa
  50. Generali Employee Benefits Network (GEB)
  51. Heineken International
  52. HP Inc
  53. Iberdrola
  54. Ideal Standard International
  55. International Association of Mutual Benefit Societies (AIM)
  56. International Federation of Musicians (FIM)
  57. International Institute of Risk and Safety Management (IIRSM)
  58. International Safety and Health Construction Coordinators Organization (ISHCCO)
  59. Medicover
  60. OMV
  61. ORCHSE Strategies, LLC
  62. Partnership for European Research in Occupational Safety and Health (PEROSH)
  63. Pirelli & C
  64. PSYA
  65. SAP SE
  66. SEAT S.A
  67. Siemens AG
  68. Sofidel S.p.A.
  69. Standing Committee of European Doctors (CPME)
  70. Toyota Material Handling Europe
  71. European Association of Craft, Small and Medium-sized Enterprises (UEAPME)
  72. UNI Europa
  73. UEMS Occupational Medicine section
  74. ZF TRW Active & Passive Safety Technology

Sħab tal-midja tal-kampanja 2016-17:

  1. ABEO News
  2. ActuEL-HSE
  3. Aragon Valley
  4. Bezpečná Práca
  5. Das Büro
  6. ERGONOMA JOURNAL
  7. euroXpress
  8. Face au Risque
  9. Formacion de SEGURIDAD LABORAL
  10. Gesunde Arbeit
  11. Health & Safety Times
  12. HMSmagasinet
  13. ISSA Mining Newsletter
  14. MaintWorld magazine
  15. PPE.org
  16. PrevenBlog
  17. Prevention World
  18. Promotor BHP
  19. Proteger
  20. PuntoSicuro
  21. Quotidiano Sicurezza
  22. Reputation Today
  23. Revista Segurança
  24. rhsaludable
  25. Safety Focus
  26. Safety Management
  27. Segurança Comportamental
  28. Trinacria News

[1] “27 % of European workers don’t think they will be able to do the same job at 60"Eurofound (il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol) (2015), Is-‘Sitt Stħarriġ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa - 2015’.

Noti lill-editur: 
1.

Il-kampanja 2016-17 Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’kull Età tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-immaniġġjar tajjeb tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni tar-riskju matul il-ħajja tax-xogħol u t-tfassil tax-xogħol skont il-kapaċitajiet individwali — kemm fil-bidu tal-karriera ta’ ħaddiem kif ukoll lejn tmiemha. Bħal Kampanji Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa preċedenti, din hija kkoordinata fuq il-livell nazzjonali minn punti ċentrali tal-EU-OSHA u appoġġjata minn sħab tal-kampanja uffiċjali u dawk tal-midja.

Il-kampanja sejra titnieda fl-15 ta' April 2016. Dati ewlenin fil-kalendarju tal-kampanja jinkludu l-Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Ottubru 2016 u 2017) u ċ-ċerimonja tal-Premjijiet għal Prattika Tajba tal-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa (April 2017). Il-kampanja sejra tagħlaq bis-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l quddiem is-Saħħa (Novembru 2017), meta dawk kollha li kkontribwixxew għall-kampjana sejrin jingħaqdu mal-EU-OSHA biex jivvalutaw il-kisbiet tal-kampanja u t-tagħlimiet li nkisbu minnha.

2.

Il-Kampanji ta' Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa ta' sentejn jitwettqu f'iktar minn 30 pajjiż Ewropew u huma rikonoxxuti bħala l-ikbar kampanji tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tat-tip tagħhom fid-dinja. Il-messaġġ prinċipali tagħhom huwa li l-immaniġġjar b’suċċess tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol huwa ta’ ġid għall-ħaddiema, għan-negozju u għas-soċjetà kollha.

3.

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) hija impenjata li tagħmel lill-Ewropa post tax-xogħol aktar sigur, inqas perikoluż u aktar produttiv. L-Aġenzija tirriċerka, tiżviluppa u tqassam informazzjoni affidabbli, bilanċjata u imparzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u torganizza kampanji pan-Ewropej għal aktar kuxjenza. Stabbilita mill-Unjoni Ewropea fl-1994 u bbażata f'Bilbao, Spanja, l-Aġenzija tiġbor fi ħdanha rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, il-gvernijiet tal-Istati Membri, organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u min iħaddem, kif ukoll esperti ewlenin f'kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE u lil hinn.

Issa tista' ssegwina fuq Facebook, Twitter, LinkedIn, YouTube jew tabbona għall-bulettin tagħna ta' kull xahar OSHmail. Tista' tirreġistra wkoll għal aħbarijiet u informazzjoni regolari mill-EU-OSHA permezz ta' RSS feeds.

http://osha.europa.eu