You are here

Kamra tal-istampa

X’hemm ġdid
12/12/2017

Il-vidjo ‘Il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA f’4 passi’ prodott fil-qafas tal-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskju interattiva Online (OiRA) ġie rilaxxat bl-Ingliż bis-sottotitli. Ibbażat fuq l-infografika ‘Il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA f’4 passi’, il-vidjo jenfasizza l-valutazzjoni tar-riskju bħala l-bażi legali tal-approċċ Ewropew għall-aċċidenti, il-mard okkupazzjonali u l-prevenzjoni ta’ assenza minħabba mard fuq il-post tax-xogħol.

Stqarrijiet għall-istampa

21/11/2017 - 01:30

Illum, l-esperti Ewropej ewlenin tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) qed jinġabru f’Bilbao, Spanja, għas-Summit dwar Il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dan is-summit jimmarka t-tmiem tal-kampanja ta’ suċċess kbir dwar Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età, li kellha l-għan li tippromwovi ħajja tax-xogħol sostenibbli fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol Ewropea li qed tixjieħ.

06/11/2017 - 12:30

Ir-rebbieħa konġunti tal-aqwa film dwar is-suġġett tax-xogħol huma Lewis Wilcox għal “Before the bridge” (l-Istati Uniti) u Tuna Kaptan għal “Turtle shells” (il-Ġermanja). Il-premjijiet ġew ippreżentati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) fis-60 International Leipzig Festival for Documentary and Animated Film (DOK Leipzig).