Nilqgħuk għar-reġistru tad-dokumenti tal-EU-OSHA!

L-Artikolu 255 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, implimentat permezz tar-Regolament 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001, jagħti d-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni lil kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tgħix, jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, fi Stat Membru.

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol hija impenjata li ttejjeb it-trasparenza u f’Mejju 2004 adottat ir-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti b’deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv.

L-aċċess għad-dokumenti huwa rregolat mir-regoli u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li ġejjin:

Ir-reġistru jindika liema dokumenti diġà ġew rilaxxati għall-pubbliku. F’dak il-każ, il-kontenut tagħhom jista’ jintwera u jitniżżel direttament mid-dejtabejż.

Ara r-reġistru tad-dokumenti disponibbli

Biex tikseb dokumenti li mhumiex aċċessibbli mir-reġistru, jeħtieġ li timla u tibgħat il- formola tat-talba.

It-talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ ittra jew posta elettronika mibgħuta fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lill-:

Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Taqsima tad-Dokumentazzjoni

12 Santiago de Compostela 5th floor (Edificio Miribilla)

Bilbao

E-48003

Spanja

Posta elettronika: docrequest [at] osha [dot] europa [dot] eu (docrequest[at]osha[dot]europa[dot]eu)

L-aċċess għad-dokumenti koperti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 9 tar- Regolament 1049/2001 jista’ jkun ristrett.

Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe referenza li hemm fir-reġistru mhix legalment vinkolanti. Huma vinkolanti biss l-atti legali ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali.