Il-prevenzjoni tal-frodi u l-kunflitt ta’ interess

L-EU-OSHA hija impenjata li ttejjeb il-prevenzjoni u l-iskoperta tal-frodi, u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet tal-frodi u tikseb riparazzjoni u deterrenza adegwati, b’sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi, u filwaqt illi jiġi rrispettat il-proċess dovut.

Il-prevenzjoni tal-frodi

Għal dan l-għan, l-Aġenzija adottat strateġija komprensiva kontra l-frodi li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet interessati.

Din hija f’konformità mar-Regolament finanzjarju tal-Aġenzija (l-Artikolu 30 u 111) u mar-rekwiżiti mill-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu tal-approċċ komuni dwar il-futur tal-Aġenziji tal-UE mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali.

Links utli

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interessi

Bl-istess mod, l-EU-OSHA hi impenjata biex tiżgura l-integrità tad-deċiżjonijiet u l-informazzjoni maħruġa mill-Aġenzija u biex trawwem responsabbiltà b’rabta’ max-xogħol u l-attivitajiet tagħha. Għal dawn ir-raġunijiet, il-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitt ta’ interess għandhom rwol importanti.

Meta jinħatru u kull 4 snin, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ interessi u ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi f’konformità mal-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi. L-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web. L-istess dispożizzjonijiet japplikaw għall-esperti esterni.

Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata t-trasparenza, l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-membri tal-persunal f’karigi għoljin huma disponibbli wkoll għall-pubbliku.

Links utli

Il-politika tal-Aġenzija dwar il-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess

L-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tal-Bord ta’ Tmexxija, tal-Bord Eżekuttiv u tal-Gruppi Konsultattivi

L-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-membri tal-persunal f’karigi għoljin