Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà
worker_participation

Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà

Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema hi parti importanti fl-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà. Il-maniġers m'għandhomx is-soluzzjonijiet għall-problemi kollha ta' saħħa u sigurtà, filwaqt li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom l-għarfien dettaljat u l-esperjenza ta' kif isir ix-xogħol u kif jaffetwahom. Għalhekk, jeħtieġ li l-ħaddiema u l-maniġers jaħdmu flimkien mill-qrib biex isibu soluzzjonijiet konġunti għall-problemi komuni.

Għall-min iħaddem din hi dwar il-kisba ta' għajnuna biex jidentifikaw il-problemi reali u biex isibu s-soluzzjonijiet adattati u li jkollhom forza tax-xogħol immotivata. Għall-ħaddiema din hi dwar li jipprevjenu lilhom infushom milli jweġġgħu b'xogħolhom.

Skont il-liġi, l-ħaddiema jridu jiġu infurmati, jingħataw struzzjonijiet, jiġu mħarrġa u kkonsultati dwar is-saħħa u s-sigurtà. Il-parteċipazzjoni sħiħa tmur lil hinn mill-konsultazzjoni - il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma wkoll involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-saħħa u ssigurtà hi proċess sempliċi b'żewġ direzzjonijiet fejn l-impjegaturi u l-ħaddiema/ rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom: 

Jitkellmu ma' xulxin Jisimgħu l-problemi’ta' xulxin
Jafdaw u jirrispettaw lil xulxin Jiddiskutu kwistjonijiet fi żmien tajjeb
Jikkunsidraw kull ma jgħid kulħadd Jieħdu deċiżjonijiet flimkien
Ifittxu u jiskambjaw opinjonijiet u informazzjoni

Benefiċċji tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema hi stabbilita fil-liġi tas-saħħa u s-sigurtà minħabba l-importanza tagħha fil-prevenzjoni tar-riskji u biex jinstabu soluzzjonijiet effettivi. Postijiet tax-xogħol fejn l-impjegati jikkontribwixxu b'mod attiv fis-saħħa u s-sigurtà ħafna drabi għandhom livell aktar baxx ta' riskju okkupazzjonali u rati ta' inċidenti.

Ir-raġunijiet ewlenin għaliex il-ħaddiema għandhom jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-maniġment jinkludu: 

  • konsultazzjoni mal-ħaddiemail-parteċipazzjoni tal-ħaddiema tgħin biex jiġu żviluppati modi effettivi u realistiċi ta' kif jiġu protetti l-ħaddiema
  • billi jiġu involuti fi kwistjoni fl-istadju tal-ippjanar, il-ħaddiema għandhom iktar probabbiltà li jidentifikaw il-problemi u l-kawżi tagħhom, jgħinu biex isibu soluzzjonijiet prattiċi u jkunu konformi mar-riżultat aħħari.
  • jekk il-ħaddiema jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fl-immudellar ta' sistemi tax-xogħol siguri, allura jistgħu jagħtu pariri, jissuġġerixxu u jitolbu titjib - jgħinu biex jiżviluppaw miżuri biex jipprevjenu aċċidenti okkupazzjonali u s-saħħa ħażina fil-ħin u f'manjiera produttiva
  • fejn il-ħaddiema huma involuti minn stadju bikri, dawn iħossu impennlejn is-soluzzjoni
  • il-komunikazzjoni u l-motivazzjoni b'mod ġenerali jitjiebu

Aktar informazzjoni: Ir-rappreżentanza tal-ħaddiema u l-konsultazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà: Analiżi tas-sejbiet tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti

Ir-rwol tal-impjegaturi

konsultazzjoni mal-impjegaturL-Impjegaturigħandhom id-doveri ewlenin li jipprovdu postijiet tax-xogħol fejn ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà huma kkontrollati sew, u dawn għandhom jipprovdu informazzjoni u taħriġ lill-ħaddiema u jikkonsultaw lill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhombħala parti mill-proċess..

Biex jikkonsultaw b'mod effettiv l-impjegaturi jridu jistabbilixxu arranġamenti li jippermettu u jinkoraġġixxu l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom biex jipparteċipaw f'deċiżjonijietdwar l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Jeħtieġ li jippromwovu kultura li fiha s-saħħa u s-sigurtà hi integrata fir-rwoli ta' ’kulħadd.

Il-konsultazzjoni jeħtieġ li ssir irrispettivament mid-daqs tal-organizzazzjoni.

Il-prinċipji huma l-istess – inkoraġġiment tad-djalogu miftuħ, li jinstema' dak li jintqal, jittieħdu tagħlimiet minnu u tittieħed azzjoni dwaru - iżda l-format ivarja.

Hu importanti ħafna li l-ħaddiema kollha jkollhom aċċess għall-arranġamenti li jippermettulhom li jipparteċipaw b'mod sħiħ. Jista' jkun hemm ħaddiema li għandhom diffikultajiet partikolari fl-abbiltà tagħhom li jipparteċipaw fl-arranġamenti normali bħal ħaddiema bix-xift, ħaddiema waħedhom, ħassiela, kuntratturi. apprendisti, ħaddiema ta' aġenzija. Il-komunikazzjoni ma' ħaddiema li ma jitkellmux il-lingwa nattiva jew li għandhom livelli baxxi ta' litteriżmu trid tiġi kkunsidrata.

L-impjegaturi għandhom:

  • Jiżguraw li għandhom miżuri effettivi li bihom il-ħaddiema jistgħu jipparteċipaw biex jgħinu lill-maniġers jiżviluppaw sistemi ta' xogħol siguri.
  • Jipprovdu taħriġ xieraq lill-maniġers, superviżuri u rappreżentanti tal-ħaddiema – fejn jeżistu - sabiex ikunu jistgħu jappoġġjaw b'mod effettiv il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.
  • Jiżguraw li l-ħadiema huma direttament involuti fil-proċess tal-evalwazzjoni tar-riskji.

Il-Leġiżlazzjoni nazzjonali tkopri r-rekwiżiti għall-konsultazzjoni, in-nomina ta' rappreżentanti tal-ħaddiema u t-twaqqif ta' kumitati ta' sigurtà.

Aktar informazzjoni: Il-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà: gwida prattika.

Ir-rwol tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-kumitati ta' sigurtà

rappreżentanti tal-ħaddiemaIr-rappreżentanti tal-ħaddiemaflimkien mal-parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiemaf'approċċ kumplimentari hu mod effettiv ta' kif jinkisbu opinjonijiet u jiġu involuti l-ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà.

Ir-rwol tar-rappreżentant tal-ħaddiema hu li jiżgura li l-ħaddiema’ jikkontribwixxu fit-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali meta jkunu qed jiġu żviluppati miżuri preventivi u ta' protezzjoni, billi jirriflettu l-opinjonijiet, it-tħassib u l-ideat tagħhom.

Jista' jkun hemm kumitat ta' sigurtà konġunt bejn l-impjegati u l-impjegatur li jieħdu sehem fih ir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-kumitati ta' sigurtà jintużaw bħala forum ta' diskussjoni u korp ta' konsulenza għad-deċiżjonijiet tal-kumpanija. Kumitat ta' sigurtà jippermetti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, il-konsulenti tas-saħħa u s-sigurtà, l-maniġers u s-superviżuri biex jiltaqgħu u jidentifikaw kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà u jinfluwenzaw b'mod konġunt il-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fil-kumpanija.

Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jkunu wkoll rappreżentanti ta' trade union. It-trade unions jiżvolġu rwol importanti fl-appoġġ u t-taħriġ tar-rappreżentanti tagħhom u biex jipprovdu informazzjoni indipendenti fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dawn frekwentement jaħdmu mal-impjegaturi fuq proġetti biex isolvu l-problemi ta' saħħa u sigurtà.

Il-Leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prattika tissettja r-rwoli u d-drittijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-operat tal-kumitati ta' sigurtà.

Aktar informazzjoni: Il-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà: gwida prattika .

Ir-rwol tal-ħaddiema

Ir-responsabbiltà tal-ħaddiema ’ li jikkooperaw

L-impjegaturi għandhom id-dover ewlieni li jipproteġġu lill-ħaddiema tagħhom billi jimplimentaw modi tax-xogħol siguri, apparat sigur, apparat protettiv personali adattat u informazzjoni, struzzjoni u taħriġ għall-ħaddiema.

Iżda l-liġi teħtieġ ukoll lill-impjegati biex jagħtu sehemhom u jgħinu lill-impjegatur tagħhom biex jiproteġġihom billi:

  • jieħdu ħsieb tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom u ’ ta' persuni oħra;
  • jikkooperaw b'mod attiv mal-impjegatur tagħhom fuq is-saħħa u s-sigurtà;
  • isegwu t-taħriġ li rċevew biex jagħmlu xogħolhom b'mod sigur, u biex jużaw l-apparat, għodod, sustanzi eċċ;
  • jgħidu lil xi ħadd (impjegatur, superviżur jew rappreżentant tal-ħaddiema) jekk jaħsbu li x-xogħol innifsu - jew miżuri ta' sigurtà inadegwati - qed ipoġġu ’s-saħħa u s-sigurtà ta' xi ħadd f'riskju

Għalfejn tipparteċipa?

Il-liġi tistenna lill-ħaddiema jkunu involuti biex jgħinu ħalli jgħollu l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà għalihom infushom u għall-kollegi tagħhom għal raġunijiet tajbin

  1. l-iskop tas-saħħa u s-sigurtà huwa li li ma jweġġgħux fuq ix-xogħol
  2. huma jafu r-riskji fil-post tax-xogħol tagħhom u għandhom jikkontribwixxu għall-immaniġġjar tagħhom.

L-impjegaturi l-ewwel iridu jippromwovu kultura ta' sigurtà li tappoġġja l-kultura tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Iżda l-ħaddiema m'għandhomx jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom għal kooperazzjoni passiva biss u jsegwu regoli ta' sigurtà. Jekk il-ħaddiema jridu jieħdu l-aktar protezzjoni effettiva għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom stess, jeħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Aktar informazzjoni: Il-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà: gwida prattika.

Leġiżlazzjoni

Il-leġiżlazzjoni Ewropea tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà u tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi dwar l-informazzjoni għall-ħaddiema u l-konsultazzjoni (b'mod speċjali ‘d-Direttiva Qafas 89/391 tal-UE dwar l-OHS’).

Il-Leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prattiċi jistabbilixxu r-rekwiżiti speċifiċi, b'mod speċjali in-nomina tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-użu ta' kumitati ta' sigurtà konġunti bejn il-maniġment u l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

Rekwiżiti għall-konsultazzjoni mal-ħaddiema

  • L-impjegaturi għandhom jikkonsultaw mal-ħaddiema u/ jew ir-rappreżentanti tagħhom u jippermettulhom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet fuq il-mistoqsijiet kollha relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post taxogħol, jirrispettaw id-dritt tagħhom li jagħmlu proposti u jorganizzaw il-parteċipazzjoni ibbilanċjata tagħhom.
  • Il-kwistjonijiet li dwarhom trid issir konsultazzjoni, min qabel u fi żmien tajjeb, huma:
  • kull miżura li tista' taffettwa b'mod sostanzjali s-saħħa u s-sigurtà
  • in-nomina ta' ħaddiema responsabbli għall-attivitajiet tal-OHS, u l-attivitajiet tal-ewwel għajnuna, ħruq u evakwazzjoni u l-illistjar ta' servizzi kompetenti minn barra
  • l-informazzjoni li l-impjegatur irid joffri lill-ħaddiema rigward l-evalwazzjoni tar-riskju u gruppi ta' ħaddiema esposti għal riskji partikolari, inkluż konsultazzjoni dwar: miżuri protettivi li jridu jittieħdu, inkluż il-provvista ta' apparat protettiv personali, dettalji ta' korrimenti fuq ix-xogħol
  • l-ippjanar u l-organizzazzjoni ta' taħriġ fis-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema
  • l-ippjanar u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda

Drittijiet tal-ħaddiema/ rappreżentant tal-ħaddiema

  • Il-ħaddiema/ r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu lill-impjegatur biex jieħu l-miżuri xierqa u biex jissottomettu proposti.
  • L-impjegtauri jridu jippermettu lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbiltà speċifika għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema biex jieħdu ħin 'il boqgħod mix-xogħol, mingħajr ma jitilfu flus, u jipprovdulhom il-mezzi neċessarji biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.
  • Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jingħataw l-opportunità li jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom waqt żjarat ta' spezzjoni mill-awtorità kompetenti (eż. spetturi tax-xogħol).
  • Il-ħaddiema/ r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jappellaw mal-awtorità kompetenti (eż. l-ispettorat tax-xogħol) jekk iħossu li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom hi inadegwata.
  • Rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' sigurtà huma intitolati għal taħriġ xieraq.
  • L-impjegaturi għandhom jagħtu lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' sigurtà, aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għal evalwazzjoni sewwa tar-riskji fi ħdan l-intrapriża u għar-rapporti tal-aċċidenti li jkunu saru għall-awtorità kompetenti għas-saħħa u s-sigurtà fl-istat membru.

Konsultazzjoni fuq siti ta' kostruzzjoni

Direttiva 92/57/KEE dwar l-OHS fis-siti ta' kostruzzjoni tgħid li l-konsultazzjoni trid tiżgura wkoll fejn neċessarju u billi tikkunsidra il-grad ta' riskju u d-daqs tas-sit tax-xogħol, il-koordinazzjoni sewwa bejn il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema f'impriżi li jagħmlu l-attivitajiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Aktar informazzjoni fit-taqsima tal-Leġiżlazzjoni Ewropea.

Modi ta' kif jiġu involuti l-ħaddiema

Il-liġi nazzjonali tvarja f'kif trid issir il-konsultazzjoni, b'mod speċjali f'oqsma bħal pereżempju r-rappreżentanti tal-ħaddiema, ’ il-kumitati ta' sigurtà u l-involviment fl-evalwazzjonijiet tar-riskji.

Madankollu, l-użu ta' kombinazzjoni ta' arranġamenti u metodi għall-parteċipazzjoni, kemm formali u informali, ġeneralment hu l-aħjar. B'mod partikolari, il-parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, m'għandhomx jitqiesu bħala alternattivi iżda bħala toroq differenti li jingħaqdu b'mod effettiv kemm jista' jkun.

Kwalunkwe metodu użat, ir-rekwiżiti għal parteċipazzjoni effettiva jinkludu: il-provvista ta' aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha; l-allokazzjoni ta' ħin biżżejjed għall-konsultazzjoni u d-diskussjoni; u li jkun hemm il-mezzi biex jiġu riżolti kunflitti u jintlaħaq kunsens

Valutazzjonijiet tar-riskju

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi fil-proċess parteċipazzjoni ġenwina u effettiva kemm tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom bit-tnejn ikunu mistoqsijin dwar problemi u soluzzjonijiet.

Il-valutazzjoni tar-riskju hi proċess ewlieni tal-maniġment iddisinnjat biex jipproteġġi lill-ħaddiema. L-impjegatur irid jidentifika perikli bħal pereżempju storbju, sħana, piżijiet tqal, movimenti ripetittivi, kimiċi, makkinarju, xogħol monotonu jew bi pressjoni żejda eċċ. Dawn imbagħad iridu jevalwaw il-possibiltajiet li dawn għandhom biex jagħmlu l-ħsara.

Imbagħad iridu jiġu stabbiliti miżuri protettivi. Hu rekwiżit legali li tikkonsulta l-ħaddiema dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri protettivi. Madankollu, aktar kemm il-ħaddiema jipparteċipaw b'mod attiv fil-valutazzjonijiet aktar hemm ċans li jkunu effettivi il-miżuri ta' kontroll li jirriżultaw. Il-kisba tal-opinjonijiet’ tal-ħaddiema hu parti importanti mill-proċess.

valutazzjoni tar-riskju

Gruppi ta' Ħidma & provi

Ħafna drabi grupp ta' ħidma hu stabbilit biex jgħin ħalli tiġi indirizzata problema speċifika u l-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw.  Fl-ippjanar ta' miżuri biex jitrattaw perikli speċifiċi, l-involviment ta' dawk li jaħdmu fuq kompiti relevanti jgħin biex jiġi żgurat li r-riżultat jikkunsidra l-esperjenza tax-xogħol tagħhom. Barra dan, huwa aktar probabbli li l-ħaddiema jsegwu tali miżuri jekk ikunu ġew involuti fl-ippjanar tagħhom.

Hi idea tajba li s-soluzzjonijiet jiġu ppruvati jew ippilotati, bl-involviment tal-ħaddiema biex jiġu ittestjati l-miżuri ta' kontroll possibli u jiġu rranġati skont l-esperjenza.

Ir-reviżjonijiet tal-miżuri ta' kontroll, wara l-implimentazzjoni għandhom ukoll jinvolvu r-ripsons tal-ħaddiema.

grupp ta' ħidma

Taħriġ

Waqt it-taħriġ, il-parteċipazzjoni tista' tiġi promossa billi l-ħaddiema jintalbu jiddiskutu l-kwistjonijiet u jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom. Xi kumpaniji jitolbu lil min ikun qed jitħarreġ biex jinnota u jeżamina problemi reali fuq il-post tax-xogħol, u jitfgħu r-riżultati lura fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju tal-kumpanija.

Il-ħaddiema għandhom jitkellmu wkoll dwar kwistjonijiet ta' sigurtà waqt it-taħriġ fuq ix-xogħol. Il-konsulenti u s-superviżuri għandhom rwol importanti hawn. Il-ħaddiema għandhom bżonn ukoll japplikaw l-għarfien li rċevew fit-taħriġ fil-kompiti tax-xogħol tagħhom.

taħriġ

Komunikazzjoni u rispons lura

Il-ħaddiema jridu jkunu infurmati sewwa u fil-ħin dwar il-materji relevanti kollha rigward is-saħħa u s-sigurtà tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet għandhom diversi rotot ta' komunikazzjoni kemm formali u informali.

Għandu jkun hemm proċeduri ta' rappurtaġġ sabiex il-ħaddiema mhux biss jirrappurtaw korrimenti, korrimenti li kważi ġraw eċċ, iżda jipproponu wkoll ideat u jagħtu kummenti lura dwar is-suġġerimenti tal-impjegatur’ biex itejjeb is-saħħa u s-sigurtà.

Min-naħa l-oħra il-ħaddiema għandhom bżonn rispons lura dwar l-ideat li jagħmlu – anki jekk ikun biss biex jintqalilhom li xi ħaġa ’ma tistax issir. Kawża kbira ta' frustrazzjoni hi meta l-ħaddiema jagħmlu suġġeriment imbagħad ma jisimgħu xejn iktar.

Opportunitajiet għal djalogu wiċċ imb' wiċċ u rispons lura jinkludu: ‘diskussjonijiet fuq il-lant tax-xogħol’ bejn il-maniġers, il-ħaddiema u l-union tagħhom, ‘toolbox’ talks, sessjonijiet ta' informazzjoni, laqgħat tad-dipartiment/tim jew permezz tal-intranet ta' organizzazzjoni’ skemi ta' suġġerimenti eċċ, lagħqat tal-maniġment, diskussjonijiet individwali mas-superviżuri u l-konsulenti esperti.

Informazzjoni diretta lill-ħaddiema u rotot ta' konsultazzjoni jinkludu stħarriġ, skemi ta' suġġeriment u permezz tan-newsletter tal-persunal u l-intranet eċċ.

Id-diskussjoni trid tkun wiesgħa, mhux biss limitata għal perikli fiżiċi u regoli ta' sigurtà Materji bħal pereżempju l-organizzazzjoni tax-xogħol, bidliet fil-produzzjoni, it-teknoloġiji u l-apparat jew il-metodi tax-xogħol kollha jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà.


komunikazzjoni mal-ħaddiema

Riżoluzzjoni ta' kunflitti

L-opinjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegatur jistgħu jkunu differenti dwar x'inhuma r-riskji u l-prijoritajiet għall-immaniġġjar tar-riskji. B'antiċipazzjoni ta' dan, hi prattika tajba li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għan-negozjar u li jiġu mfittxija s-soluzzjonijiet ta' kunsens. Biex ikunu effettivi, kemm il-maniġers u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom bżonn taħriġ fil-ħiliet ta' negozjar tagħhom.

Xi eżempji ta' parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Titjib fis-sigurtà f'passaġġi tal-ima navigabbli interni

L- Uffiċċju Belġjan għan-Navigazzjoni (Dienst voor de Scheepvaart) hu reponsabbli għall-manutenzjoni u l-isfruttar tal-passaġġi tal-ilma interni ’tat-tramuntana tal-pajjiż. Il-500 impjegat tiegħu sofrew rata għolja ta' inċidenti.

L-organizzazzjoni irnexxielha tnaqqas din ir-rata b'aktar minn 60% fuq perjodu ta' 12-il sena permezz ta' politika komprensiva ta' saħħa u sigurtà. Din involviet ir-reviżjoni tal-politika tagħha dwar il-prevenzjoni tal-inċidenti biex tinkludi konsultazzjoni estensiva u sistematika mal-ħaddiema.

Ix-xogħol konġunt irriżulta f'sistema ġdida ta' reġistrazzjoni ta' inċidenti biex tanalizza l-kawżi u biex ikun hemm tagħlim mill-iżbalji, titjib fis-sigurtà fl-apparat u fl-użu u l-miżuri tiegħu biex tiġi mtejba s-saħħa pubblika.

siġurtà fin-navigazzjoni

Involviment tal-ħaddiema fl-ippjanar ta' kampanja ta' sigurtà fi sptar

Fi

sptar Daniż ir-rappreżentanti tal-ħaddiema mill-Organizzazzjoni tal-Infermieri Daniżi u l-maniġment ippjanaw u implimentaw kampanja ta' sigurtà biex inaqqsu l-korrimenti minn labar, li ffukat fuq it-tfittix ta' miżuri li jinvolvu lill-persunal b'mod attiv.

Il-kampanja kienet ippjanata "f'MED-Udvalg" li hu kumitat kompost mill-impjegati, il-maniġers u l-ogħla maniġment tal-Isptar. Il-kampanja immirat li tinvolvi b'mod attiv lill-ħaddiema u inkorporat l-avvenimenti segwenti:

  • L-attività tal-bidu b'kompetizzjoni "dwar x'taf"-
  • Posters
  • "Agħtina l-ideat tiegħek" - kompetizzjoni bi premjijiet. Erba' mill-ideat intużaw bħala eżempji bir-ritratti fil-kampanja.
  • Offerti lis-swali kollha tal-isptar biex isirilhom eżami‘ tal-labar’ mid-dipartiment tas-sigurtà
  • Segwitu estensiv fuq il-korrimenti mil-labar
prevenzjoni ta' korrimenti penetranti

Ħaddiema żgħażagħ fl-industrija tal-enerġija

Il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà hi parti integrali tat-taħriġ tal-apprendistat fil-kumpanija tal-enerġija E.ON. L-apprendisti huma mħeġġa jieħdu rwol attiv sa mill-bidu tal-impjieg tagħhom mal-kumpanija

Miżuri jinkludu:

  • koordinaturi tas-sengħa jagħmlu superviżjoni tal-apprendisti u jisimgħu b'mod attiv għall-ideat tagħhom biex itejbu l-prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà;
  • ħaddiema żgħażagħ huma mħeġġa biex ikunu involuti b'mod attiv fl-investigazzjoni ta' proġetti ta' sigurtà u biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet;
  • forums ta' komunikazzjoni elettronika jintużaw biex ixerrdu informazzjoni dwar is-sigurtà u biex jisimgħu ideat ġodda;
  • l-apprendisti jingħataw is-saħħa billi jiġu inklużi f'tali forums bħal gruppi ta' ħidma dwar l-Apparat Protettiv Personali . Dan jppermetti biex l-apprendisti li huma ta' iktar esperjenza jgħaddu l-għarfien tagħhom lill-kollegi tagħhom iktar żgħażagħ. Rappreżentanti minn dawn il-forums jattendu konferenza nazzjonali tar-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema ta' E.ON. Dan wassal, pereżempju għall-użu ta' nuċċalijiet ta' sigurtà aktar ġodda u iktar tal-modamill-forza tax-xogħol ladarba l-kumpanija saret taf li dawk oriġinali ma kinux qed jintlibsu għaliex ‘ma kinux jidhru sbieħ’.

(Sors: Kunsill tas-Sigurtà Brittanikul)

ħaddiema żgħażagħ

Iddisinnjar ta' gwida ġdida għal magna tal-ħjata

Kumpanija tat-tessuti u t-trade union iddiskutew kif inaqqsu korrimenti mill-labar fis-swaba' f'dawk li jħaddmu l-magni. 

Ġie stabbilit tim żgħir fis-sit li kellu l-agħar rekord – li inkluda żewġ persuni li jħaddmu l-magni - u ġew mistoqsijin biex jiddisinnjaw protezzjoni li kulħadd jista' jaħdem biha.  Fejn twaħħlet din il-protezzjoni, il-korrime minn labar fis-swaba' ġew eliminati.

Bħala riżultat, wara sentejn, it-talbiet ta' kumpens minħabba korriment waqgħu għal €95,000 minn €195,000; ’ il-primjums tal-assigurazzjoni tal-kumpanija nqatgħu b'50%; u b'influwenza Ewropea is-CEN Standard għall-Magni tal-Ħjata Industrijali ġie emendat biex jinkorpora il-kunċett tal-protezzjoni inkorporata.

ħajjat

Taħriġ konġunt organizzat mill-impjegatur u t-trade union

Kors ta' jumejn dwar il-valutazzjoni tar-riskju ġie maqbul mit-trade unions u l-maniġers ta' kumpanija ewlenija fid-distribuzzjoni tal-gass.

Trade union ipprovdiet l-għalliema u l-kors ta' taħriġ konġunt sar matul il-kors ta' sena għall-maniġers reġjonali, is-superviżuri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fit-trade union.

Fl-ewwel sena wara li ġie implimentat it-taħriġ, l-inċidenti tnaqqsu b'50% f'xi oqsma. Wara 4 snin,‘it-telf ta' ħin ’ minħabba korrimenti fil-kumpanija kollha tnaqqas bi 80%.

(Sors: www.workerinvolvement.co.uk, Ħsara żero – involviment tal-ħaddiema)

taħriġ konġunt għas-sigurtà

Ħaddiema injorati mill-kumpanija ’ tħassib dwar il-politika dwar l-ingwanti

Kumpanija tal-kimika globali introduċiet politika f'waħda mill-fabbriki tagħha li kienet titlob li l-ħaddiema li jilbsu l-ingwanti meta jkunu qed jużaw makkinarju li jaħdem il-ħadid minkejja li xi ħaddiemappruvaw jispjegaw lidin ħolqot riskiji ta' tgħaqqidgħall-ħaddiema. Ħaddiema li naqsu milli jsegwu l-politika ġew imwissija.

Sussegwentement, ħaddiem tal-manutenzjoni weġġa' idejh il-leminija b'mod serju f'fabbrika wara li l-ingwanta ta' idejh inġibdet fil-magna.

L-ispejjeż għall-ħaddiem kienu t-telf ta' subgħajh taċ-ċurkett u dannu għal subgħajh tan-nofs u ż-żgħir.

l-ispejjeż għall-kumpanija kienu jinkludu prosekuzzjoni u multa għax inkisru l-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà.

politika ta' sigurtà dwar l-ingwanti