Skip to content. | Skip to navigation
L-UE-OSHA tingħaqad mal-Fiera Kummerċjali Internazzjonali A+A f'Düsseldorf mit-18 sal-21 ta' Ottubru ()It-trasport bit-triq u l-implimentazzjoni tal-OHS fl-edukazzjoni huma wħud mit-temi li l-UE-OSHA tippreżenta u tiddibatti fil-kungress parallel. Dr Christa Sedlatschek, direttur tal-UE-OSHA, tieħu parti fis-sessjoni tal-ftuħ fit-18 ta' Ottubru. Stand fl-erja tal-esibizzjoni iwassal informazzjoni u wirjiet dwar dawn il-proġetti u oħrajn pendenti, bħal pereżempju OiRA (Għodda interattiva onlajn għall-Valutazzjoni tar-Riskji). Kungress u Fiera Kummerċjali Internazzjonali A+A |
Lesti ruħek għall-Ġimgħa Ewropea f'pajjiżek ()Matul il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mill-24 sat-28 ta' Ottubru 2011 ser isiru mijiet ta' avvenimenti u attivitajiet tal-kampanja madwar l-Ewropa kollha, fosthom konferenzi, seminars, wirjiet u sessjonijiet ta' taħriġ. It-temi komuni li torbot dawn l-attivitajiet flimkien hija li titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta' manutenzjoni sigura. |
L-EU-OSHA ser tippreżenta riċerka riċenti dwar in-nisa fuq il-post tax-xogħol waqt id-dsatax-il Kungress Dinji tal-OHS dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ()L-approċċ Islandiż għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa u fuq is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Sar progress konsiderevoli, iżda għad hemm xi nuqqasijiet fil-miżuri ta’ riċerka, politika u prevenzjoni: L-istatistika Ewropea tal-OHS għadha mhix qiegħda tkopri lin-nisa b’mod sodisfaċenti. Il-mard okkupazzjonali għadu jirrifletti primarjament l-impjiegi maskili u r-reġistrazzjoni tal-inċidenti tħalli barra dawk is-setturi fejn jaħdmu n-nisa, pereżempju, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Fl-Ewropa, is-segregazzjoni okkupazzjonali, id-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, ir-responsabbiltajiet tal-familja, l-impjiegi u r-rwoli multipli tan-nisa, id-diskrepanza fil-pagi u l-faqar kollha jħallu impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq il-post tax-xogħol. Ir-riċerka tenfasizza li l-fatturi tar-riskji ewlenin jinkludu t-tip ta’ xogħol li jsir min-nisa, il-kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom in-nisa żgħażagħ u dawk akbar fl-età, it-tkabbir tas-settur tas-servizzi, il-vjolenza u l-fastidju, u l-mudelli dejjem aktar diversifikati tal-ħin tax-xogħol bħala fatturi ta’ riskji ewlenin. Riskji u xejriet ġodda fis-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq il-post tax-xogħol In-Nisa u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) sejra jkollha preżenza maġġuri fil-Kungress Dinji tal-OHS XIX ta' din is-sena. ()F'symposium tal-EU-OSHA dwar 'Il-Prevenzjoni f'Intrapriżi ta' Daqs Żgħir u Mikro', l-Aġenzija sejra tniedi proġett dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji interattiva Online (OiRA) - inizjattiva multinazzjonali, kollaborattiva sabiex tiżviluppa applikazzjonijiet tal-web faċli biex jintużaw u bla ħlas li jistgħu jgħinu lil organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jimplimentaw proċess ta' valutazzjoni tar-riskji pass, pass. Barra minn hekk, sejjer ikun hemm serje ta' preżentazzjonijiet tul il-kungress kollu fl-istand tal-wiri tal-EU-OSHA. Il-Kungress sejjer jiġi organizzat f'Istanbul fil-11 sal-15 ta' Settembru. Għal aktar informazzjoni u aġġornament dwar il-programm ta' attivitajiet tal-EU-OSHA fil-Kungress Dinji, jekk jogħġbok żur: http://osha.europa.eu/mt/topics/riskassessment/OiRA-Online-Risk-Assessment |
Jum Dinji taż-Żgħażagħ Aspetti tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħajja tax-xogħol ()Ħaddiema aktar żgħażagħ huma vulnerabbli, peress li sikwit m’għandhomx esperjenza, u ma jafux ir-riskji għalihom infushom u għall-oħrajn. Huwa importanti li jiġuintegrati s-sigurtà u s-saħħa fl-edukazzjonisabiex nies li għadhom żgħar ikunu konxji mir-riski li jistgħu jiffaċċjaw u jkunu kapaċi sabiex jittrattawhom. Huwa importanti għal min iħaddem li jagħti attenzjoni addizzjonali għas-sigurtà ta’ ħaddiema żgħażagħ inklużi studenti li jagħmlu xogħolijiet tas-sajf. EU-OSHA highlighted some of these aspects in a blog produced for International Youth Day on the 12th August |
Kompetizzjoni Ewropea tar-Ritratti: It-terminu perentorju għas-sottomissjonijiet huwa l-31 ta' Awwissu 2011. Titlifx iċ-ċans tiegħek biex tirbaħ premju kbir ta' €3,000 ()Il-kompetizzjoni qiegħda tagħmel sejħiet għal iskrizzjonijiet fuq is-suġġett ta’ “saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol”, b’attenzjoni speċjali fuq il-prevenzjoni tar-riskji. Il-fotografi kollha – professjonisti jew dilettanti – huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom qabel il-31 ta’ Awwissu 2011. L-aqwa tliet ritratti jintgħażlu skont il-kreattività u l-oriġinalità tagħhom, kif ukoll skont l-appell universali tagħhom għall-Ewropa kollha. Għall-ewwel darba din is-sena ser ikun hemm premju speċjali għaż-żgħażagħ għal dawk il-parteċipanti ta’ taħt il-21 sena! Aqra l-istqarrija għall-istampa Is-sit elettroniku tal-kompetizzjoni L-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti fuq il-paġni tal-Facebook u ta' Flickr tal-kompetizzjoni |
Rapport Annwali tal-EU-OSHA 2010: forza tax-xogħol b'saħħitha hija fundamentali għal irkupru ekonomiku sostenibbli ()Filwaqt li l-Ewropa ħierġa mill-kriżi ekonomika, ir-Rapport Annwali tal-EU-OSHA għall-2010 jkompli jsostni li l-benessri tal-forza tax-xogħol Ewropea hija fundamentali għal irkupru ekonomiku sostenibbli. Il-punti saljenti tas-sena jinkludu l-ftuħ tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa dwar is-Sigurtà fil-Manutenzjoni, il-pubblikazzjoni tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), u l-pilotar tal-għodda ta' Valutazzjoni Onlajn Interattiva tar-Riskji (OiRA). Ir-rapport joffri wkoll prospetti għall-2011. Aqra l-istqarrija għall-istampa Rapport Annwali 2010 (Ingliż) Sommarju (disponibbli f'24 lingwa) |
Jum Dinji Bla Tabakk – Wasal iż-Żmien li Neqirdu t-Tipjip fuq il-Post tax-Xogħol ()Nhar il-31 ta' Mejju huwa il-Jum Dinji Bla Tabakk. Huwa fatt magħruf li d-duħħan jagħmel ħsara lis-saħħa. Madankollu eluf ta' ħaddiema għadhom esposti għad-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Matul ir-raba' kwart tas-sena 2011 il-Kummissjoni Ewropea ser tniedi t-tieni stadju ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali rigward l-inizjattiva tagħha dwar "Esponiment għad-duħħan passiv fuq il-post tax-xogħol". L-EU-OSHA qiegħda tappoġġa l-postijiet tax-xogħol ħielsa mid-duħħan billi tipprovdi informazzjoni lill-impjegaturi, kemm dawk li jpejpu u kemm dawk li le, sabiex tgħinhom jevitaw u jwaqqfu l-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol. Ara n-NAPO fi... Il-Pulmuni fuq ix-Xogħol u sir af iżjed dwar it-taqsima "Le għat-tabakk" Green Paper lejn Ewropa ħielsa mid-duħħan tat-tabakk: għażliet ta' politika Il-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk |
L-EU-OSHA tniedi t-tielet edizzjoni tal-Premju għal Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'L Quddiem is-Saħħa ()Is-sottomissjonijiet għall-premju issa huma miftuħin, bi premju li jammonta għal 8,000 Euro li jista’ jintrebaħ għall-aqwa dokumentarju dwar suġġetti relatati max-xogħol. Ir-rebbieħ sejjer jitħabbar waqt il-Festival Internazzjonali DOK ta' Leipzig li sejjer isir f’Ottubru. Permezz ta’ dan il-premju, l-EU-OSHA qiegħda tipprova tippromwovi l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol madwar l-Ewropa b’mod li jistimula l-ħsieb. Aqra l-istqarrija għall-istampa Il-Premju għal Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’L Quddiem is-Saħħa 2011
|
World Health Day – 7 April ()UE-OSHA timpenja ruħha fil-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol biex tħeġġeġ it-titjib tas-saħħa u l-benessere fuq il-post tax-xogħol, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-mard fil-forza tax-xogħol tal-UE. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol twassal għal tnaqqis fl-assenteiżmu, tissaħħaħ il-motivazzjoni, u tittejjeb il-produttività. Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol Osservatorju tar-Riskji: Theddid bijoloġiku ġdid fl-ambjent tax-xogħol Ewropew |
It-Tmien Festival Internazzjonali tal-Films u l-Multimedia tal-ISSA dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ()L-EU-OSHA qiegħda tappoġġa l-Festival Internazzjonali tal-Films u l-Multimedia tad-XIX-il Kungress Dinji dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li se jsir bejn il-11 u l-15 ta' Settembru 2011 f'Istanbul. Il-produzzjonijiet kollha li jittrattaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (films, drama, aħbarijiet, dokumentarji, animazzjonijiet, spots, midja soċjali, multimedia, taħriġ bl-internet jew bil-kompjuter u applikazzjonijiet tar-realtà virtwali) li nħadmu minn Jannar 2007 sa issa huma eleġibbli biex jieħdu sehem fil-Festival. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-31 ta' Jannar 2011. Għal iżjed tagħrif żur il-websajt tal-ISSA Il-websajt tad-XIX-il Kungress Dinji dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol |
Stress relatat max-xogħol - waħda mill-akbar sfidi tal-OHS fl-Ewropa ()L-istress huwa t-tieni problema tas-saħħa relatata max-xogħol li l-aktar li tiġi rrapportata, li taffettwa 22% tal-ħaddiema mill-UE 27. Studji jissuġġerixxu li l-istress huwa fattur ta’ bejn 50% u 60% tal-ġranet kollha ta’ xogħol mitlufa. Dan jirrappreżenta spiża enormi f’termini kemm ta’ miżerja umana kif ukoll ta’ tfixkil fil-prestazzjoni ekonomika. |
Sustanzi Perikolużi ()Is-sustanzi perikolużi - li jfisser kwalunkwe likwidu, gass jew solidu li jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-ħaddiema - jistgħu jinstabu fi kważi l-postijiet tax-xogħol kollha. Madwar l-Ewropa, miljuni ta' ħaddiema jiġu f'kuntatt ma' sustanzi kimiċi u bijoloġiċi li jistgħu jagħmlulhom ħsara. Aktar tagħrif
|
Ġurnata Dinjija bla Tabakk – 31 ta’ Mejju ()Post tax-xogħol mingħajr duħħan hija miżura pożittiva għas-saħħa u s-sigurtà, li ġġib magħha kemm benefiċċji immedjati kif ukoll fuq medda itwal ta’ żmien għall-ħaddiema u għall pubbliku in ġenerali. Il-web feature ta’ l-Aġenzija dwar sustanzi perikolużi tipprovdi links għal informazzjoni ta’ prattika tajba u ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq il-post tax-xogħol mingħajr tipjip, minn għand l-Istati Membri, l-Ewropa u d-dinja kollha. . |
Rapport ġdid: Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali fir-riskji fuq il-post tax-xogħol ()Dan ir-rapport jitratta każijiet minn numru ta' postijiet tax-xogħol differenti li juru kif proċess ta' valutazzjoni tar-riskju wasslet biex riskju ġie identifikat u eliminat b'suċċess jew sostanzjalment imnaqqas. L-għan ewlieni tar-rapport huwa li juri kif l-eliminazzjoni tar-riskju jew it-tnaqqis tar-riskju f'ras il-għajn jista' jintlaħaq fil-livel tal-post tax-xogħol. Daqqa t'għajn lejn il-valutazzjoni tar-riskju Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji |
L-ewwel rebbieħ li qatt rebaħ il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol appoġġjat il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol. Minn 10 films innominati, ir-rebbieħ tal-premju tħabbar fit-52 Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati. Aqra l-istqarrija għall-istampa Sir af aktar dwar il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa
|
L-UE-OSHA tikkopera mal-Presidenza Żvediża tal-UE ()Konferenza ta' livell għoli fuq l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol taħt il-patroċinju tal-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea ser tinżamm fis-26-27 ta' Ottubru. Fil-kuntest tal-prijorità Żvediża li tiġġieled l-esklużjoni, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ser jiġu analizzati bħala strument għall-inklużjoni fis-suq tax-xogħol. Dr Jukka Takala, direttur tal-UE-OSHA, ser jippreżenta l-link bejn l-OSHA, il-produttività, in-negozju u l-kompetittività u l-ġestjoni ta' riiintegrazzjoni bħala kontribuzzjoni ewlenija fl-inklużjoni tas-suq tax-xogħol. |
L-UE-OSHA tiffora fuq ir-riskji tas-saħħa fl-industrija tat-tindif għall-Għimgħa Ewropea 2009 ()Is-saħħa u s-sigurtà ta' 3.6 miljun ħaddiem Ewropew li jaħdmu fil-qasam tat-tindif huma fiċ-ċentru tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena’(19 sat-23 ta' Ottubru). Matul din il-Ġimgħa, ser ikun hemm ukoll żewġ rapporti ewlenin riċenti fuq il-ħaddiema li jnaddfu, u jagħtu pariri siewja fuq kif jistgħu jitnaqqsu r-rati għoljin ta' mard u inċidenti f'dan il-qasam. Fuq l-internet wieħed jista' jsib ukoll vidjows fuq il-ġestjoni tar-riskju fit-tindif, HORECA u l-kostruzzjoni. |
Il-Premju UE-OSHA tal-aħjar dokumentarju fuq temi relatati max-xogħol ()Il-Premju għall-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu jiġi ppreżentat fit-52 Festival Internazzjonali ta' Leipzig għad-Dokumentarji u l-Films Animati. Dan il-premju jġib miegħu € 8,000 u jippremja l-aqwa film fuq temi relatati max-xogħol. |
Toqrob l-iskadenza għall-konkors fotografiku qabel ma tibda l-votazzjoni online biex l-Ewropa tagħżel ir-ritratt favorit ()Il-konkors fotografiku tagħna mifrux mal-Ewropa kollha qabad l-immaġinazzjoni tad-dilettanti tal-fotografija mill-Unjoni Ewropea kollha billi sal-lum waslu 'l fuq minn 500 ritratt. Il-votazzjoni pubblika online biex taqtagħha liema hu r-ritratt favorit tal-Ewropa se tibda ladarba jagħlaq il-konkors, filwaqt li t-tliet premjijiet l-oħra jingħataw mill-ġurija tagħna fil-konkors. |
