Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Stress u riskji psikoloġiċi Vjolenza relatata max-xogħol

Vjolenza relatata max-xogħol

Il-vjolenza fiżika hija waħda mill-aktar perikli serji fuq il-post tax-xogħol. Din tkopri l-insulti, t-theddid jew l-aggressjoni fiżika. Fl-2005, 4% tal-ħaddiema rrapportaw li kienu effettivament suġġetti ta' vjolenza fiżika minn membri tal-pubbliku fit-tnax-il xahar li għaddew.

Il-vjolenza tista' tiġi minn ġewwa jew minn barra l-organizzazzjoni. Atti speċifiċi ta' vjolenza jistgħu jkunu imprevedibbli, iżda s-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jseħħu atti ta' vjolenza mhumiex. Il-fatturi ta' riskju jinkludu l-kuntatt mal-pubbliku, l-immaniġġjar tal-flus u x-xogħol mwettaq f'kundizzjoni ta' isolament.

Il-konsegwenzi ta' okkorrenzi vjolenti, li jinkludu korrimenti, id-disturbi minn stress ta' natura post trawmatika, l-assenza minħabba mard u rendiment skars fuq ix-xogħol jistgħu jkunu serji ħafna kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet.

L-organizzazzjonijiet ma jistgħux jistennew sakemm ikun hemm aggressjoni fiżika qabel ma jieħdu azzjoni. L-interventi effikaċi għandhom ikunu jaqblu maċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-organizzazzjoni u jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskju dettaljati.

L-approċċi li jibbażaw ruħhom fl-ewwel lok fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza huma aktar effikaċi minn miżuri iżolati u individwali malli sseħħ l-okkorrenza. Miżuri effikaċi jistgħu jinkludu l-provvista ta' sistemi ta' tidwil u sorveljanza bil-video xierqa, isiru bidliet fl-organizzazzjoni u l-assenjazzjoni tax-xogħol sabiex jiġi evitat li jkun hemm impjegati jaħdmu f'iżolament u li jiġi pprovdut taħriġ dwar kif tittratta sitwazzjonijiet diffiċli mal-klijent u kif tagħraf sinjali ta' twissija.

Huwa importanti wkoll li jkun hemm proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' okkorrenza vjolenti, inkluż li l-vittma tingħata appoġġ psikoloġiku.
More about...

Read more

About Vjolenza relatata max-xogħol
Vjolenza relatata max-xogħol