Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Stress u riskji psikoloġiċi

Aħbarijiet riċenti

L-istess relatat max-xogħol huwa wieħed mill-akbar sfidi ta' saħħa u sigurtà li qed niffaċċjaw fl-Ewropa. Kważi wieħed minn erba' ħaddiema huwa affettwat b'dan u studji jissuġġerixxu li madwar 50% u 60% tal-ġranet tax-xogħol mitlufa huma relatati miegħu. Dan jirrappreżenta spiża għolja kemm f'termini ta' tbatija għall-bniedem kif ukoll rendiment ekonomiku batut.



L-istress fuq ix-xogħol jista' jolqot lil kulħadd f'kull livell. Dan jista' jseħħ f'kull settur u f'organizzazzjoni ta' kull daqs. L-istress jaffettwa s-saħħa u s-sigurtà ta' l-individwi, kif ukoll is-saħħa ta' l-organizzazzjonijiet u ta' l-ekonomiji nazzjonali.

L-istress huwa t-tieni l-aktar problema ta' saħħa kkawżata mix-xogħol rappurtata, u jolqot 22% tal-ħaddiema fl-UE 27 (fl-2005). U hemm probabilità kbira li n-numru ta' nies li jsofru minn kundizzjonijiet relatati ma' l-istress ikkawżat jew aggravat mix-xogħol jiżdied. Id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel qed iżżid aktar il-pressjoni fuq il-ħaddiema permezz ta' tnaqqis tad-daqs ta' l-impriżi u l-għoti ta' xogħol lil sottokuntratturi, il-bżonn dejjem jikber għall-flessibilità fit-termini ta' funzjoni u kapaċitajiet, iż-żieda fl-użu ta' kuntratti temporanji, iż-żieda fl-instabbilità fix-xogħol u l-intensifikazzjoni tax-xogħol (b'aktar piż ta' xogħol u pressjoni) u żbilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata.

L-istress jista' jikkawża mard u miżerja kemm fuq ix-xogħol kif ukoll id-dar. L-istress jista' wkoll jikkomprometti s-sigurtà tal-post tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-problema oħra ta' saħħa kkawżata mix-xogħol, bħal problemi muskoloskeletriċi. Barra minn hekk, l-istress jolqot b'mod sinifikanti l-livelli baxxi ta' organizzazzjoni.

It-tnaqqis ta' l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali mhux biss huma obbligu morali iżda wkoll ġuridiku. Hemm ukoll każ b'saħħtu għan-negozju. Fl-2002, il-prezz annwali ta' l-istress relatat max-xogħol fl-UE-15 kien stmat għal 20 biljun ewro.

L-aħbar it-tajba hija l-istress relatat max-xogħol jista' jkun ittrattata bl-istess mod loġiku u sistematiku bħal kwistjonijiet oħra ta' saħħa u sigurtà. Hemm ħafna eżempji prattiċi ta' kif irid jiġi ttrattat fl-UE. Permezz ta' l-approċċ korrett, il-ħaddiema jistgħu jkunu salvati mill-istress.

Kampanja SLIC 2012 dwar ir-riskji psikosoċjali (15.02.2012)

Il-Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (SLIC) nieda l-Kampanja Ewropea 2012 dwar ir-riskji psikosoċjali. Grupp ta' ħidma tas-SLIC, li fih ħadet sehem l-UE-OSHA, żviluppa għodda ta' spezzjoni li hi disponibbli fi 22 lingwa. Il-Kampanja sejra tindirizza b'mod speċjali s-settur tas-saħħa u l-kura soċjali, is-settur tas-servizzi u dak tat-trasport. Ir-riżultati u l-konklużjonijiet sejrin jiġu ppreżentati fil-Konferenza Finali li sejra ssir fl-Isvezja f'Marzu 2013. L-UE-OSHA sejra tibbaża ruħha fuq il-lezzjonijiet u l-esperjenzi tal-kampanji tas-SLIC’ biex tipprepara l-kampanja tagħha stess dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa dwar ir-riskji psikosoċjali li sejra ssir fl-2014-2015.

Iktar informazzjoni dwar il-kampanja SLIC tista' tinkiseb minn: http://www.av.se/SLIC2012/

Żur is-sezzjoni tagħna dwar l-istress fuq: http://osha.europa.eu/mt/topics/stress

Ara wkoll ir-riżultati ta' stħarriġ ESENER dwar ir-riskji psikosoċjali: http://esener.eu

L-UE, l-ETUCE, l-istress relatat max-xogħol tal-għalliema – fuljett u r-riżultati tal-istħarriġ (19.01.2012)

Il-Kumitat tat-Trade Union Ewropew għall-Edukazzjoni - ETUCE – ppubblika rapport ta’ studju li jinkludi deskrizzjoni ġenerali sħiħa tar-riżultati tal-istħarriġ tiegħu dwar l-istress, kif ukoll il-fuljett tal-proġett tal-ETUCE dwar l-istress relatat max-xogħol tal-għalliema: Stħarriġ mifrux madwar l-Ewropa kollha – Valutazzjoni, Tqabbil u Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Perikli Psikosoċjali fuq l-Għalliema fil-post tax-xogħol tagħhom fl-UE.

Id-dokumenti huma disponibbli biex jitniżżlu taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’ kemm fuq is-sit elettroniku tal-ETUCE kif ukoll fuq is-sit elettroniku tal-ETUCE OSH.

L-annessi u r-rapport sħiħ dwar l-istħarriġ huma disponibbli biss bl-Ingliż. Il-fuljett tal-ETUCE, li jiġbor fil-qosor il-proġett u r-riżultati tiegħu, huwa disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. It-traduzzjoni għar-Russu ser tkun disponibbli dalwaqt.

Il-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali - 10 ta' Ottubru (10.10.2011)

L-10 ta' Ottubru huwa l-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali. Iż-żmien li nfakkru lilna nfusna u lill-oħrajn li s-saħħa mentali hi aspett importanti tas-saħħa ġenerali - valur li m'għandux jiġi sottovalutat. Il-post tax-xogħol jista' jkun ambjent partikolarment importanti biex tinżamm saħħa mentali tajba kemm permezz tal-prevenzjoni ta' riskji psikosoċjali kif ukoll permezz tal-promozzjoni tas-saħħa mentali.

Għal aktar informazzjoni dwar is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u kif din tittejjeb, żur dawn ir-riżorsi tal-UE-OSHA:

Prevenzjoni tal-istress relatat max-xogħol

Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fis-servej tal-intrapriżi ESENER

Promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Rapport ‘Il-promozzjoni tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol

Stress relatat max-xogħol - waħda mill-akbar sfidi tal-OHS fl-Ewropa (05.12.2010)

L-istress huwa t-tieni problema tas-saħħa relatata max-xogħol li l-aktar li tiġi rrapportata, li taffettwa 22% tal-ħaddiema mill-UE 27. Studji jissuġġerixxu li l-istress huwa fattur ta’ bejn 50% u 60% tal-ġranet kollha ta’ xogħol mitlufa. Dan jirrappreżenta spiża enormi f’termini kemm ta’ miżerja umana kif ukoll ta’ tfixkil fil-prestazzjoni ekonomika.

Aqra r-rapport il-ġdid dwar l-istress relatat max-xogħol ibbażat fuq statistiċi internazzjonali u nazzjonali.

Aqra’ aktar dwar l-istress fuq ix-xogħol