Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Stress u riskji psikoloġiċi Fastidju

Fastidju

Fastidju (magħruf ukoll bħala bullying, mobbing, jew vjolenza psikoloġika) jirreferi għal imgiba ripetuta u mingħajr raġuni li tkun diretta lejn impjegat jew grupp ta' impjegati, bil-għan li l-persuna ffastidjata tiġi vittimizzata, umiljata, imżebilħa jew mheddha. Il-fastidju, ġeneralment minn ġewwa l-organizzazzjoni, jista' jinvolvi kemm attakki verbali kemm fiżiċi, kif ukoll azzjonijiet aktar sottili bħall-iżolament soċjali. Id-dinjità, il-kapaċità professjonali, il-ħajja privata, il-fatturi fiżiċi, ir-razza, is-sess jew l-orjentament sesswali ta' persuna jistgħu jkunu suġġett ta' fastidju. Fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa, din hija problema sinifikanti bi spejjeż konsiderevoli kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-organizzazzjonijiet. Fi kwalunkwe organizzazzjoni kulħadd jista' jkun vittma ta' fastidju. Stħarriġ juri li 5% tal-ħaddiema fl-Ewropa rrappurtaw li kienu suġġett ta' fastidju/bullying (fl-2005). F'xi pajjiżi ta' l-UE, l-għadd ta' ħaddiema li rrappurtaw din il-problema tela' għal 10-17%.

Il-fastidju fuq il-post tax-xogħol jista' jkun sors ta' stress konsiderevoli għall-vittmi u l-kollegi, qraba u ħbieb tagħhom. F'ċerti każijiet, l-individwi mhumiex kapaċi jġiebu ruħhom b'mod normali fuq ix-xogħol u fil-ħajja ta' kuljum. Il-fastidju jista' jwassal għal disturbi ta' stressi ta' natura post trawmatika, nuqqas ta' awtostima, ansjetà, depressjoni, apatija, irritabilità, diżordni mentali, disturbi fl-irqad, problemi bid-diġestjoni u saħansitra suwiċidju. Is-sintomi jistgħu jippersistu għal snin wara li jkun ġie esperjenzat il-fastidju.
Fil-livell ta' organizzazzjoni, il-fastidju jista' jirriżulta f'żieda fl-assenteiżmu u ħafna tibdil ta' ħaddiema u tnaqqis fl-effikaċja u fil-produttività. Id-danni legali minħabba l-każijiet ta' fastidju jistgħu jkunu għolja ħafna. Huwa importanti li tittieħed azzjoni bikrija sabiex jiġi prevenut il-fastidju. L-ewwel, trid issir valutazzjoni tar-riskju, sabiex tiġi identifikata l-azzjoni xierqa. Din tista' tinkludi l-formulazzjoni ta' politika kontra l-fastidju, li jiġi pprovdut taħriġ fil-ġestjoni tal-kunflitti u fit-tmexxija, li jiġi ddisinjat mill-ġdid l-ambjent tax-xogħol, u li jkun hemm appoġġ għall-vittmi jekk ikun hemm fastidju (eż. konsulenza u kumpens).

Fost il-fatturi ta' suċċess fit-trattament tal-fastidju nsibu:

  • impenn minn min iħaddem u mill-impjegati sabiex iħaddnu ambjent ta' xogħol ħieles mill-vjolenza;
  • deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet li mhumiex aċċettati;
  • deskrizzjoni tal-konsegwenzi ta' fastidju u s-sanzjonijiet li jseħħu minħabba dan;
  • indikazzjoni ta' fejn u kif il-vittmi jistgħu jirċievu l-għajnuna;
  • impenn għal ilmenti mressqa ma jwasslux fi tpattija;
  • spjegazzjoni tal-proċedura ta' kif għandu jitressq ilment;
  • li jiġu pprovduti d-dettalji tas-servizzi ta' konsulenza u appoġġ, u
  • iż-żamma tal-kunfidenzjalità.
More about...

Read more

About Fastidju
Fastidju