Skip to content. | Skip to navigation
Għalkemm l-esperjenza ta' stress hija psikoloġika, l-istress jolqot ukoll is-saħħa fiżika tal-bniedem.
Fatturi komuni fl-istress relatat max-xogħol jinkludu nuqqas ta' kontroll fuq ix-xogħol, talbiet mhux xierqa li qed isiru lill-ħaddiema, u nuqqas ta' appoġġ mill-kollegi u mit-tmexxija.
L-istress huwa kkawżat minn korrispondenza skarsa bejn ix-xogħol u l-ħaddiem, mir-relazzjonijiet ħżiena u l-preżenza ta' vjolenza psikoloġika jew fiżika fuq post tax-xogħol, u permezz ta' kunflitti bejn ir-rwoli tagħna fuq ix-xogħol u dawk li huma barra mix-xogħol.
Ir-reazzjonijiet għall-istess ċirkostanzi jvarjaw bejn l-individwi. Uħud jistgħu jkampaw aħjar minn ħaddieħor meta jkunu suġġetti għal stress. L-importanti hija l-evalwazzjoni suġġettiva mill-individwu tas-sitwazzjoni tiegħu. Mhux possibbli li mis-sitwazzjoni biss jiġi ddeterminat l-livell ta' stress li tista' tikkawża.
Stress għal żmien qasir - per eżempju meta trid tlaħħaq ma' skadenza - is-soltu ma jissarrafx fi problema: jista' tabilħaqq jgħin lil dak li jkun jaħdem bl-aħjar kapaċitajiet tiegħu. L-istress isir riskju għas-sigurtà u s-saħħa meta jdum.
L-esperjenza ta' stress tista' tbiddel il-mod ta' kif persuna tħoss, taħseb u ġġib ruħha. Is-sintomi jinkludu:
Fuq livell ta' organizzazzjoni:
Fuq livell individwali:
Read more
