Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Stress u riskji psikoloġiċi Parir għal min iħaddem

Parir għal min iħaddem

Min iħaddem għandu l-obbligu li jiġġestixxi l-istress relatat max-xogħol, permezz tad-Direttiva ta' Qafas 89/391/KEE, li tittratta s-saħħa u s-sigurtà fl-UE. Din id-Direttiva u l-leġiżlazzjoni li hija teħtieġ fil-livell ta' l-Istati Membri, ipoġġu b'mod sod l-istress relatat max-xogħol fi ħdan il-qasam ġuridiku tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Dawn jistabbilixxu l-aspettattiva qawwija li hi indirizzata bl-istess mod loġiku u sistematiku bħal kwistjonijiet oħra ta' saħħa u sigurtà billi jiġi applikat il-mudell tal-ġestjoni tar-riskju, b'enfasi speċjali fuq azzjoni preventiva.

Il- ‘Ftehim ta' qafas dwar l-istress relatat max-xogħol' u 'l-Ftehim ta' qafas dwar il-fastidju u l-vjolenza fuq ix-xogħol' jipprovdu wkoll gwida għal min iħaddem fl-UE biex jindirizzaw l-istress fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, l-Istati Membri ħarġu l-linji gwida prattiċi u l-għodod preventivi tagħhom dwar l-istress, il-vjolenza u riskji psikosoċjali oħra.

L-istress relatat max-xogħol jista' jiġi evitat, u l-azzjoni biex dan ibatti tista' tkun effikaċi ħafna meta mqabbla ma' l-ispejjeż. Kull post tax-xogħol huwa differenti u l-prattiki ta' xogħol u soluzzjonijiet għal problemi għandhom ikunu mqabbla ma' sitwazzjonijiet partikolari billi jsir valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ir-riskji psikosoċjali huma rarament uniċi, u jistgħu jiġu adottati soluzzjonijiet simili f'diversi setturi u impriżi ta' daqs varju u fid-diversi Stati Membri. Eżempji ta' prattika tajba fil-ġestjoni ta' l-istress fuq il-post tax-xogħol qegħdin hemm biex jintużaw.

Il--valutazzjoni tar-riskju ta' stress tinvolvi l-istess prinċipji u proċessi bażiċi bħal dawk ta' perikli oħra fuq il-post tax-xogħol – jiġu identifikati l-perikli, tiġi deċiża liema azzjoni għandha tittieħed, jiġu komunikati r-riżultati tal-valutazzjoni u li din tiġi riveduta f'intervalli xierqa. Huwa kruċjali għas-suċċess li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom ikunu inklużi fil-proċess.

Fatturi li wieħed għandu jfittex fir-rigward ta' l-istress jinkludu:

  • piż ta' xogħol eċċessiv jew esponiment għal perikli fiżiċi;
  • il-livell ta' kontroll li l-ħaddiema għandhom fil-mod ta' kif jagħmlu xogħolhom;
  • jekk il-ħaddiema jifhmux ir-rwoli tagħhom;
  • relazzjonijiet – li jkopru aspetti bħal fastidju u vjolenza,
  • l-appoġġ mogħti mill-kollegi u l-maniġers, u
  • x'taħriġ jeħtieġu l-ħaddiema biex jagħmlu xogħolhom.

‘Il--ġestjoni ta' l-istress’ kellha t-tendenza tindirizza l-individwi aktar milli l-organizzazzjonijiet. Iżda l-qofol tal-prevenzjoni ta' l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali qiegħed fi ħdan l-organizzazzjoni u t-tmexxija tax-xogħol. Li jiġu evitati l-konsegwenzi ta' stress relatat max-xogħol huwa aħjar milli ssir reazzjoni għalihom wara li jkunu diġà seħħu.

Miżuri effikaċi fil-prevenzjoni ta' stress relatat max-xogħol jinkludu:

  • li jitħalla ħin biżżejjed għall-ħaddiema biex jagħmlu xogħolhom;
  • li jingħataw deskrizzjonijiet ċari ta' xogħolhom;
  • li l-ħaddiema jkunu ppremjati għal xogħol tajjeb;
  • li l-ħaddiema jingħataw il-possibbiltà jressqu l-ilmenti tagħhom u li dawn jittieħdu bis-serjetà;
  • li l-ħaddiema jingħataw kontroll fuq xogħolhom;
  • li jiġu minimizzati r-riskji fiżiċi;
  • li l-ħaddiema jitħallew jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom;
  • li l-piż tax-xogħol jitqabbel mal-kapaċitajiet u r-riżorsi ta' kull ħaddiem;
  • li l-kompiti jiġu maħsuba sabiex ikunu stimolanti;
  • li r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' xogħol jiġu definiti b'mod ċar;
  • li jiġu pprovduti opportunitajiet għall-interazzjoni soċjali, u
  • li tiġi evitata l-ambigwità fi kwistjonijiet ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol u ta' żvilupp tal-karriera.

More about...

Read more

About Parir għal min iħaddem
Parir għal min iħaddem