Stress
![]() | L-istess relatat max-xogħol huwa wieħed mill-akbar sfidi ta' saħħa u sigurtà li qed niffaċċjaw fl-Ewropa. Kważi wieħed minn erba' ħaddiema huwa affettwat b'dan u studji jissuġġerixxu li madwar 50% u 60% tal-ġranet tax-xogħol mitlufa huma relatati miegħu. Dan jirrappreżenta spiża għolja kemm f'termini ta' tbatija għall-bniedem kif ukoll rendiment ekonomiku batut. |
L-istress fuq ix-xogħol jista' jolqot lil kulħadd f'kull livell. Dan jista' jseħħ f'kull settur u f'organizzazzjoni ta' kull daqs. L-istress jaffettwa s-saħħa u s-sigurtà ta' l-individwi, kif ukoll is-saħħa ta' l-organizzazzjonijiet u ta' l-ekonomiji nazzjonali.
L-istress huwa t-tieni l-aktar problema ta' saħħa kkawżata mix-xogħol rappurtata, u jolqot 22% tal-ħaddiema fl-UE 27 (fl-2005). U hemm probabilità kbira li n-numru ta' nies li jsofru minn kundizzjonijiet relatati ma' l-istress ikkawżat jew aggravat mix-xogħol jiżdied. Id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel qed iżżid aktar il-pressjoni fuq il-ħaddiema permezz ta' tnaqqis tad-daqs ta' l-impriżi u l-għoti ta' xogħol lil sottokuntratturi, il-bżonn dejjem jikber għall-flessibilità fit-termini ta' funzjoni u kapaċitajiet, iż-żieda fl-użu ta' kuntratti temporanji, iż-żieda fl-instabbilità fix-xogħol u l-intensifikazzjoni tax-xogħol (b'aktar piż ta' xogħol u pressjoni) u żbilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata.
L-istress jista' jikkawża mard u miżerja kemm fuq ix-xogħol kif ukoll id-dar. L-istress jista' wkoll jikkomprometti s-sigurtà tal-post tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-problema oħra ta' saħħa kkawżata mix-xogħol, bħal problemi muskoloskeletriċi. Barra minn hekk, l-istress jolqot b'mod sinifikanti l-livelli baxxi ta' organizzazzjoni.
It-tnaqqis ta' l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali mhux biss huma obbligu morali iżda wkoll ġuridiku. Hemm ukoll każ b'saħħtu għan-negozju. Fl-2002, il-prezz annwali ta' l-istress relatat max-xogħol fl-UE-15 kien stmat għal 20 biljun ewro.
L-aħbar it-tajba hija l-istress relatat max-xogħol jista' jkun ittrattata bl-istess mod loġiku u sistematiku bħal kwistjonijiet oħra ta' saħħa u sigurtà. Hemm ħafna eżempji prattiċi ta' kif irid jiġi ttrattat fl-UE. Permezz ta' l-approċċ korrett, il-ħaddiema jistgħu jkunu salvati mill-istress.


