Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Evalwazzjoni tar-riskji Għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju

Għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju

Għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju

Hemm diversi għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju u metodoloġiji disponibbli biex jgħinu lill-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet sabiex jevalwaw ir-riskji tagħhom. L-għażla tal-metodu tiddependi fuq il-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol, per eżempju n-numru ta' ħaddiema, it-tip ta' attivitajiet u apparat tax-xogħol, il-karatteristiċi partikolari tal-post tax-xogħol u xi riskji speċifiċi.

L-għodda l-aktar komuni għall-evalwazzjoni tar-riskju huma listi ta' kontroll, li huma għodda utli li jgħinu sabiex jiġu identifikati l-perikli. Għodda oħra għall-evalwazzjoni tar-riskju jinkludu: gwidi, dokumenti ta' gwida, manwali, fuljetti, kwestjonarji, u "għodda interattivi (softwer interattiv b'xejn, inkluż applikazzjonijiet li jistgħu jitniżżlu li ġeneralment huma speċifiċi għas-settur).
Dawn l-għodda jistgħu jkunu kemm ġeneriċi jew speċifiċi għar-riskju/fergħa.
L-Aġenzija żviluppat database ta' għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju b'għodda minn madwar l-Ewropa kollha. Dawn l-għodda huma b'xejn u jinsabu fuq l-internet (ikunu disponibbli fix-xhur li ġejjin). Id-database tiġi aġġornata b'għodda ġodda regolarment.

Għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju

Online interactive Risk Assessment tool (OiRA)

Idħol fil-proġett ta' Valutazzjoni tar-Riskji interattiv u onlajn.

More about...