Skip to content. | Skip to navigation
Hemm raġunijiet tajbin għal dan. Jekk il-proċess ta' l-evalwazzjoni tar-riskju - il-bidu ta' approċċ għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà - ma jsirx sew jew ma jsir xejn, il-probabilità hi li l-miżuri preventivi xierqa ma jkunux identifikati jew stabbiliti.
Kull sena, miljuni ta' persuni fl-UE iweġġgħu fuq ix-xogħol, jew iġarrbu ħsara serja għal saħħithom fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk l-evalwazzjoni tar-riskju hija daqshekk importanti, bħala s-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri. L-evalwazzjoni tar-riskju hija proċess dinamiku li jippermetti lill-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet biex iħaddmu politika proattiva ta' kif jiġu trattati r-riskji fuq il-post tax-xogħol.
Għal dawn ir-raġunijiet, huwa importanti li l-intrapriżi ta' kull tip u daqs jagħmlu evalwazzjonijiet regolari. Evalwazzjoni tar-riskju kif suppost, fost l-oħrajn tinkludi, assigurazzjoni li r-riskji rilevanti kollha jiġu kkunsidrati (mhux dawk immedjati jew ovvji biss), il-kontroll ta' l-effiċjenza tal-miżuri ta' sigurtà adottati, id-dokumentazzjoni tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni u reviżjoni regolari ta' l-evalwazzjoni sabiex tinżamm aġġornata regolarment.
L-aktar leġiżlazzjoni Ewropea importanti rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju hija d-Direttiva Qafas 89/391. Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri, għandhom id-dritt li jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti sabiex jipproteġu lill-ħaddiema tagħhom (għal din ir-raġuni għandek tikkonsulta l-leġiżlazzjoni speċifika relatata ma' l-evalwazzjoni tar-riskju f'pajjiżek
).
Il-Kummissjoni Ewropea provdiet gwida importanti biex tgħin lill-Istati Membri, kif ukoll lil dawk li jħaddmu kif ukoll lill-impjegati, sabiex jaqdu d-doveri tagħhom ta' evalwazzjoni tar-riskju, kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas 89/391. L-informazzjoni provduta f'din it-taqsima hija bbażata fuq din il-gwida.
ir-Renju Unit, Ħajja fuq ix-Xogħol aktar Sigura, għodda onlajn għall-protezzjoni respiratorja ()Fir-Renju Unit, l-Eżekuttiv tas-Saħħa u s-Sigurtà kif ukoll iċ-Ċentru Skoċċiż għall-Ħajja fuq ix-Xogħol aktar Sigura żviluppaw għodda ta' Tagħmir Protettiv Respiratorju (RPE) ġdida li tgħin lill-organizzazzjonijiet jagħżlu l-aħjar RPE. |
L-EU-OSHA tniedi proġett importanti sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju fl-impriżi żgħar tal-Ewropa ()Il-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskji interattiva Online (OiRA) tirrappreżenta l-ewwel inizjattiva fil-livell tal-UE maħsuba biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. L-għodda innovattiva żviluppata mill-EU-OSHA għandha tgħin lill-għoxrin miljun impriża mikro u żgħar tal-Ewropa biex itejbu s-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema tagħhom billi tivvaluta r-riskji permezz ta’ applikazzjoni elettronika bla ħlas u faċli biex tintuża. Aqra l-istqarrija għall-istampa Aktar informazzjoni dwar is-sit elettroniku ddedikat għall-proġett OiRA: http://www.oiraproject.eu/about |
Direttiva ġdida tal-UE kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa. ()L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva jew għandhom jassiguraw li s-sħab soċjali introduċew il-miżuri neċessarji bi ftehim sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2013. Idħol fit-taqsima tagħna u fl-informazzjoni dwar prattika tajba dwar il-Prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fuq il-post tax-xogħol. |
It-tnedija li jmiss tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa dwar il-Manteniment tas-Sikurezza ()Il-Kampanja ta' Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa sejra tiffoka fuq l-importanza tal-manteniment tas-sikurezza f'postijiet tax-xogħol Ewropej, u tiġbed l-attenzjoni fuq ir-riskji meta din ma ssirx kif suppost. Sejra titnieda uffiċjalment fit-28 ta' April 2010 u sejra tappoġġja firxa wiesgħa ta' attivitajiet kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali. Gwida għall-Kampanja (bl-Ingliż biss) |
PREMJIJIET EWROPEJ GĦAL PRATTIKA TAJBA ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) qiegħda tistieden u tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-10 edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għal Prattika Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-iskema tal-premjijiet għall-2010–11 sejra tirrikonoxxi lil dawk il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet li jkunu għamlu kontribuzzjonijiet notevoli u innovattivi biex jippromwovu approċċ ta’ ġestjoni integrata għal manutenzjoni mingħajr periklu. |
L-ikbar kampanja dinjija għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija mmirata lejn saħħa u aktar saħħa ()Hekk kif il-Kampanja tal-valutazzjoni tar-riskju għal Postijiet tax-Xogħol Mimlija Saħħa qed tersaq lejn tmiemha, hija disponibbli Dejtabejż ġdida ta' Għodod tal-Valutazzjoni tar-Riskju. Il-kampanja ġdida tal-Aġenzija għall-2010-2011 ser tqajjem kuxjenza dwar l-importanza taż-żamma ta' postijiet tax-xogħol siguri u mimlija saħħa u l-ħtieġa li jipproteġu l-ħaddiema li jimplimentawha. Il-punti fokali diġa' sejħu għal nomini għal Premjijiet ta' Prattika Tajba fuq livell nazzjonali. |
Għodod ta' Valutazzjoni tar-Riskji ()L-Aġenzija żviluppat database ta' għodod ta' valutazzjoni tar-riskji b'għodod minn madwar l-Ewropa kollha. Id-database tiġi aġġornata regolarment. L-aktar għodod ta' valutazzjoni tar-riskji komuni huma listi ta' kontroll, li huma għodda utli biex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-perikli. Tipi oħrajn ta' għodod ta' valutazzjoni tar-riskji jinkludu: gwidi, dokumenti ta' gwida, għadd ta' ktejjeb, brochures, kwestjonarji, u 'għodod interattivi' (softwer interattiv bla ħlas, inkluż applikazzjonijiet li jistgħu jitniżżlu li normalment huma speċifiċi għas-settur). Dawn l-għodod jistgħu jkunu jew ġeneriċi jew speċifiċi għall-fergħa/riskju. |
Rapport ġdid: Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali fir-riskji fuq il-post tax-xogħol ()Dan ir-rapport jitratta każijiet minn numru ta' postijiet tax-xogħol differenti li juru kif proċess ta' valutazzjoni tar-riskju wasslet biex riskju ġie identifikat u eliminat b'suċċess jew sostanzjalment imnaqqas. L-għan ewlieni tar-rapport huwa li juri kif l-eliminazzjoni tar-riskju jew it-tnaqqis tar-riskju f'ras il-għajn jista' jintlaħaq fil-livel tal-post tax-xogħol. Daqqa t'għajn lejn il-valutazzjoni tar-riskju Kampanja tal-postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa dwar il-valutazzjoni tar-riskji |
Closing Event Summary ()The Healthy Workplaces campaign on risk assessment 2008-2009, the biggest occupational health and safety (OSH) campaign in the world, ended with a European Summit on risk assessment and small and medium-sized enterprises (SMEs). The event took place in Bilbao, Spain on 17 November 2009 and attracted over 500 participants. |
The web portal www.inforisque.info ()A directory of suppliers and a lookout about the risk Inforisque.info web portal’s mission is to gather information on various types of risks faced by companies. The web portal specially provides practical solutions presented by industry. This digital portal wants to be a "Guide to risk management" and it is aimed primarily at business. Access to the portal is free. |
Ritratt ta’ wieħed li jrabbi n-naħal ingħata l-ewwel premju fil-kompetizzjoni fotografika Ewropea dwar postijiet tax-xogħol aktar sikuri u b’inqas perikli għas-saħħa ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għadha kemm ħabbret ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni fotografika li ffukat fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol: Il-fotografu Malti Christopher Azzopardi ngħata l-Ewwel Premju għar-ritratt tiegħu intitolat, “Dak li jrabbi n-naħal” fis-Samit Ewropew dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju u l-SMEs f’Bilbao, l-attività ta’ għeluq il-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. |
PhotoCompetitionAward2009-no () |
Il-kampanja għal Postijiet tax-Xogħol ħielsa mill-Periklu fuq il-valutazzjoni tar-Riskju ġiet fi tmiemha ()L-avveniment ta' għeluq, li nżamm f'Bilbao fiq 17 ta' Novembru, wera r-riżultati importanti li nkisbu f'din il-kampanja ta' sentejn. Żewġ proġetti kbar tal-Aġenzija Ewropea kienu preżentati wkoll: ir-riżultati preliminari tal-Istħarriġ Ewropew tal-Impriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), u l-għodda b’xejn Online fuq il-Valutazzjoni tar-Riskju (ORA), li ser tagħmilha eħfef għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju biex iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom. Id-direttur tal-UE-OSHA Jukka Takala, flimkien ma' Sven Otto Littorin, il-Ministru Żvediż għall-Impjiegi u Celestino Corbacho, Ministru Spanjol tal-Impjiegi u l-Immigrazzjoni, enfasizzaw l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskju f'dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika. Mur fuq il- paġna tal-Laqgħa Għolja Ewropea 2009 fuq il-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu |
Laqgħa tal-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fuq il-valutazzjoni tar-riskju ()Daqshekk negozju perikoluż, speċjalment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-avveniment finali tal-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fuq il-valutazzjoni tar-riskju ser ikun fis-16-17 ta' Novembru 2009 f' Bilbao u fiċ-ċentru għandu kif il-valutazzjoni tar-riskju hija l-muftieħ għal saħħa u sigurtà aħjar fuq il-post tax-xogħol. Il-valutazzjoni tar-riskju effiċjenti huwa tajjeb għalik u tajjeb għan-negozju. Fadal ftit postijiet.
|
L-ewwel rebbieħ li qatt rebaħ il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol appoġġjat il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-aqwa dokumentarju fuq suġġetti relatati max-xogħol. Minn 10 films innominati, ir-rebbieħ tal-premju tħabbar fit-52 Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati. Aqra l-istqarrija għall-istampa Sir af aktar dwar il-Premju tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa
|
Rapport ġdid dwar id-Diversità tal-forza tax-xogħol u l-valutazzjoni tar-riskji ()Ir-rapport dwar “Id-diversità tal-forza tax-xogħol u l-valutazzjoni tar-riskji: L-iżgurar li kulħadd ikun kopert”,
jenfasizza l-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskji inklussiva sabiex
tqis id-diversità tal-forza tax-xogħol meta jiġu vvalutati u ġestiti
r-riskji. Jipprovdi eżempji interessanti ta' prevenzjoni tar-riskji
għal ħaddiema vulnerabbli, bħal ħaddiema immigranti, ħaddiema
b'disabilità, ħaddiema żgħażagħ u ikbar fl-età, nisa u ħaddiema
temporanji. |
L-UE-OSHA tiffora fuq ir-riskji tas-saħħa fl-industrija tat-tindif għall-Għimgħa Ewropea 2009 ()Is-saħħa u s-sigurtà ta' 3.6 miljun ħaddiem Ewropew li jaħdmu fil-qasam tat-tindif huma fiċ-ċentru tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena’(19 sat-23 ta' Ottubru). Matul din il-Ġimgħa, ser ikun hemm ukoll żewġ rapporti ewlenin riċenti fuq il-ħaddiema li jnaddfu, u jagħtu pariri siewja fuq kif jistgħu jitnaqqsu r-rati għoljin ta' mard u inċidenti f'dan il-qasam. Fuq l-internet wieħed jista' jsib ukoll vidjows fuq il-ġestjoni tar-riskju fit-tindif, HORECA u l-kostruzzjoni. |
Factsheet 85 - Valutazzjoni, eliminazzjoni u tnaqqis sostanzjali tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. Sommarju ta’ rapport tal-Aġenzija ()
Il-valutazzjoni tar-riskji hija l-bażi ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà
li tirnexxi, u s-soluzzjoni għat-tnaqqis ta’ inċidenti relatati maxxogħol
u mard fuq il-post tax-xogħol. Jekk tiġi implimentata sew,
tista’ ttejjeb mhux biss is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol
iżda wkoll ir-rendiment kummerċjali b’mod ġenerali.
Ir-rapport jappoġġja l-kampanja Ewropea ‘postijiet tax-xogħol li
jġibu ’l quddiem is-saħħa’ 2008/2009 dwar il-valutazzjoni tar-riskji
billi jipprovdi tagħrif dwar interventi li rnexxew fuq il-post taxxogħol
sabiex jeliminaw jew inaqqsu sew ir-riskji. Ir-rapport huwa
mmirat lejn dawk li huma responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjonijiet
tar-riskji fuq il-post tax-xogħol u għat-teħid taddeċiżjonijiet
dwar miżuri preventivi.
|
X'jaħsbu l-Ewropej dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? ()Stħarriġ Pan-Ewropew tal-opinjoni li sar dan l-aħħar minn EU-OSHA jipprovdi dejta attwali u affidabbli dwar kif in-nies’ iqisu l-ambjent tax-xogħol tagħhom. Skont ir-riżultati li ħarġu, hemm tħassib mifrux sewwa fost iċ-ċittadini Ewropej li l-kriżi ekonomika attwali tista' taffettwa b'mod indirett is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Maġġoranza fosthom, iqisuha wkoll fattur importanti meta jagħżlu xogħol ġdid. Ir-riżultati jistgħu jiġu aċċessati bl-Ingliż (UE27) jew skont l-Istat Membru fil-lingwi nazzjonali. |
Il-Ġimgħa Ewropea tiffoka fuq l-irwol tal-valutazzjoni tar-riskji fit-tnaqqis tan-nuqqasijiet fuq il-postijiet tax-xogħol ()Bħala l-punt fokali tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa, mifruxa fuq sentejn, sabiex tippubbliċizza l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskji, il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta' din is-sena’, mid-19 sat-23 ta' Ottubru, sejra tagħti prominenza lil rapport ġdid li juri kif valutazzjoni tajba tar-riskji tista' telimina jew tnaqqas drastikament ir-riskji fuq il-postijiet tax-xogħol. |
Idħol fil-proġett ta' Valutazzjoni tar-Riskji interattiv u onlajn.
