Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Evalwazzjoni tar-riskji Id-dokumentazzjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskju

Id-dokumentazzjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskju

6. Id-dokumentazzjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskju

Għandu jinżamm reġistru tar-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet tar-riskju fuq il-post tax-xogħol. Dan ir-reġistru għandu jintuża bħala bażi:

  • għall-informazzjoni li trid tiġi mgħoddija lill-persuni konċernati
  • għall-monitoraġġ sabiex jiġi evalwat jekk ġewx introdotti l-miżuri neċessarji
  • għall-evidenza li trid tiġi prodotta għall-awtoritajiet ta' superviżjoni
  • għal kull reviżjoni jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

 
Huwa rakkomandat li ta' l-anqas jinżammu dawn id-dettalji:

  • isem u funzjoni tal-persuna li qed tagħmel l-eżami
  • il-perikli u r-riskji li ġew identifikati
  • il-gruppi ta' ħaddiema li jħabbtu wiċċhom ma' riskji partikolari
  • il-miżuri ta' protezzjoni neċessarji
  • dettalji ta' l-introduzzjoni tal-miżuri, bħall-isem tal-persuna responsabbli u d-data
  • dettalji ta' monitoraġġ sussegwenti u l-arranġamenti għar-reviżjoni, inklużi d-dati u n-nies involuti
  • dettalji ta' l-involviment ta' ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fil-proċess ta' l-evalwazzjoni tar-riskju.

Ir-reġistri ta' l-evalwazzjonijiet għandhom isiru bil-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom u għandhom ikunu disponibbli għalihom għal informazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiema konċernati għandhom ikunu infurmati bir-riżultat ta' kull evalwazzjoni li tirrigwarda l-parti li jaħdmu fiha, u l-azzjoni li se tittieħed bħala riżultat ta' l-evalwazzjoni.
Online interactive Risk Assessment tool (OiRA)

Idħol fil-proġett ta' Valutazzjoni tar-Riskji interattiv u onlajn.

More about...