Definizzjonijiet
Perikli
Periklu jista' jkun kwalunkwe ħaġa - kemm materjal tax-xogħol, apparat, metodi jew prattiċi ta' xogħol - li għandha l-potenzjal li tikkawża ħsara.
Riskji
Riskju huwa l-possibilità, kbira jew żgħira, li xi ħadd jista' jsofri ħsara minn xi periklu.
Evalwazzjoni tar-Riskju
L-Evalwazzjoni tar-riskju hija proċess li jivvaluta r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta' l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:
- x'jista' jikkawża korriment jew ħsara
- jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le,
- x'miżuri preventivi jew protettivi hemm jew għandhom jitħaddmu sabiex jikkontrollaw ir-riskji.