Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Evalwazzjoni tar-riskji

Evalwazzjoni tar-Riskju

L-evalwazzjoni tar-riskju hija l-bażi ta' l-approċċ Ewropew biex jiġu prevenuti l-inċidenti marbuta max-xogħol u s-saħħa ħażina.

 

 

Hemm raġunijiet tajbin għal dan. Jekk il-proċess ta' l-evalwazzjoni tar-riskju - il-bidu ta' approċċ għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà - ma jsirx sew jew ma jsir xejn, il-probabilità hi li l-miżuri preventivi xierqa ma jkunux identifikati jew stabbiliti.

 

Kull sena, miljuni ta' persuni fl-UE iweġġgħu fuq ix-xogħol, jew iġarrbu ħsara serja għal saħħithom fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk l-evalwazzjoni tar-riskju hija daqshekk importanti, bħala s-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri. L-evalwazzjoni tar-riskju hija proċess dinamiku li jippermetti lill-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet biex iħaddmu politika proattiva ta' kif jiġu trattati r-riskji fuq il-post tax-xogħol.

 

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa importanti li l-intrapriżi ta' kull tip u daqs jagħmlu evalwazzjonijiet regolari. Evalwazzjoni tar-riskju kif suppost, fost l-oħrajn tinkludi, assigurazzjoni li r-riskji rilevanti kollha jiġu kkunsidrati (mhux dawk immedjati jew ovvji biss), il-kontroll ta' l-effiċjenza tal-miżuri ta' sigurtà adottati, id-dokumentazzjoni tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni u reviżjoni regolari ta' l-evalwazzjoni sabiex tinżamm aġġornata regolarment.

 

L-aktar leġiżlazzjoni Ewropea importanti rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju hija d-Direttiva Qafas 89/391. Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri, għandhom id-dritt li jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti sabiex jipproteġu lill-ħaddiema tagħhom (għal din ir-raġuni għandek tikkonsulta l-leġiżlazzjoni speċifika relatata ma' l-evalwazzjoni tar-riskju f'pajjiżek

).

 

Il-Kummissjoni Ewropea provdiet gwida importanti biex tgħin lill-Istati Membri, kif ukoll lil dawk li jħaddmu kif ukoll lill-impjegati, sabiex jaqdu d-doveri tagħhom ta' evalwazzjoni tar-riskju, kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas 89/391. L-informazzjoni provduta f'din it-taqsima hija bbażata fuq din il-gwida.