Skip to content. | Skip to navigation
L-Istorbju huwa ħoss mhux mixtieq; l-intensità tiegħu (‘il-volum‘) titkejjel f’deċibel (dB). L-iskala tad-deċibel hija logaritmika, b’tali mod li żieda ta’ tliet deċibel fil-livell tal-ħoss diġà tirrappreżenta l-irduppjar ta’ l-intensità ta’ l-istorbju. Per eżempju, konversazzjoni normali tista’ tkun madwar 65 dB u xi ħadd jgħajjat b’mod tipiku jista’ jkun madwar 80 dB. Id-differenza hija biss ta’ 15-il dB iżda l-għajjat huwa 30 darba iktar intensiv. Sabiex jittieħed kont tal-fatt li l-widna tal-bniedem għandha sensitivitajiet differenti għal frekwenzi differenti, is-saħħa jew l-intensità ta’ l-istorbju s-soltu titkejjel f’deċibel ta’ piż-A (dB(A)).
Mhijiex biss kwistjoni li l-intensità tiddetermina jekk l-istorbju huwiex ta’ periklu. Id-durata ta’ l-espożizzjoni hija wkoll importanti ħafna. Sabiex dan jiġi kkunsidrat, jintużaw livelli ta’ ħoss medji ppeżati skond il-ħin. Għal storbju fuq il-post tax-xogħol, dan huwa s-soltu bbażat fuq jum utli ta’ tmien sigħat.
