Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Storbju fuq ix-xogħol Tnaqqis ta’ l-istorbju

Tnaqqis ta’ l-istorbju

Tnaqqis ta’ l-istorbju

Min iħaddem għandu dover legali sabiex jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-personal mir-riskji relatati ma’ l-istorbju fuq ix-xogħol. Għandhom:

  • Jagħmlu evalwazzjoni tar-riskju; dan jista’ jinvolvi li jsir kejl ta’ l-istorbju, imma għandhom jikkonsidraw ir-riskji potenzjali kollha ta’ l-istorbju (e.g. inċidenti kif ukoll telf tas-smigħ);
  • Jibdew programm ta’ miżuri bbażat fuq l-evalwazzjoni tar-riskju:
    • Fejn huwa possibbli, jiġu eliminati s-sorsi ta’ l-istorbju;
    • Jikkontrollaw l-istorbju fis-sors;
    • Jnaqqsu l-espożizzjoni tal-ħaddiem permezz ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol u miżuri ta’ ppjanar tal-post tax-xogħol, inklużi l-immarkar ta’, u rifjut ta’ aċċess għal, żoni tal-post tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal livelli ta’ l-istorbju li jeċċedu 85 dB(A);
    • Jipprovdu tagħmir protettiv personali għall-ħaddiema bħala l-aħħar opzjoni;
  • Jinformaw, jikkonsultaw, u jħarrġu ħaddiema dwar ir-riskji ffaċċjati, miżuri tax-xogħol għal storbju baxx, u dwar kif tintuża l-protezzjoni mill-istorbju;
  • Jimmonitorjaw ir-riskji u jivverifikaw miżuri preventivi; dan jista’ jinkludi sorveljanza tas-saħħa.