Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Storbju fuq ix-xogħol Liema problemi jista jikkawwża l-istorbju?

Liema problemi jista jikkawwża l-istorbju?

Liema problemi jista jikkawwża l-istorbju?

L-istorbju m’għandux ikun eċċessivament għoli sabiex jikkawwża problemi fuq il-post tax-xogħol. L-istorbju jista’ jitħallat flimkien ma’ perikli oħra tal-post tax-xogħol sabiex iżid ir-riskji għall-ħaddiema permezz ta’, per eżempju:

  • Żjieda fir-riskju ta’ inċidenti permezz ta’ ħabi ta’ sinjali ta’ twissija;
  • Azzjoni reċiproka b’espożissjoni għal xi kimiċi sabiex jiżdied ir-riskju ta’ telf tas-smigħ; jew
  • Jkun fattur kawżali fi stress relatat max-xogħol.

L-espożizzjoni għall-istorbju tista’ toħloq varjetà ta’ riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema:

  • In-Nuqqas ta’ smigħ:: Storbju eċċessiv jagħmel ħsara liċ-ċelloli tax-xagħar fil-koklea, il-parti tal-widna interna, li jwassal għal nuqqas ta’ smigħ. ‘F’ħafna pajjiżi, in-nuqqas ta’ smigħ ikkawżat mill-istorbju hija l-marda industrijali irreversibbli l-iktar prevalenti.’ [iii] Huwa stmat li n-numru ta’ persuni fl-Ewropa bi problemi ta’ smigħ huwa iktar mill-popolazzjoni ta’ Franza[iv]
  • Effetti fiżjoloġiċi: Hemm provi li l-espożizzjoni għall-istorbju għandha effett fuq is-sistema kardjovaskolari li jirriżulta fir-rilaxx ta’ katekolamini u żieda fil-pressjoni. Livelli ta’ katekolamini fid-demm (li jinkludu l-epinefrina (l-adrenalina)) huma assoċjati ma’ l-istress.
  • Stress relatat max-xogħol: Stress relatat max-Xogħol: Stress relatat max-xogħol rari għandu kawża singola, u ġeneralment jirriżulta minn interazzjoni ta’ diversi fatturi tar-riskju. L-Istorbju fl-ambjent tax-xogħol jista’ jkun ta’ stress, anke f’livelli kemmxejn baxxi.
  • Riskju miżjud ta’ inċidenti: Livelli għoljin ta’ storbju jagħmluha diffiċli għall-personal li jisma’ u jikkomunika, biex b’hekk tiżdied il-probabilità ta’ inċidenti. Stress relatat max-xogħol (fejn l-istorbju jista’ jkun fattur) jista’ jżid ma’ din il-problema.

 

 

[iii] Organizzazzjoni Mondjali tas-Saħħa. prevenzjoni ta’ telf tas-smigħ ikkawwżat mill-istorbju 1997

[iv] grupp ta’ studju SIHI fl-Universit ta’ Maastricht (1999)