Skip to content. | Skip to navigation
Kuljum, miljuni ta’ mpjegati fl-Ewropa huma esposti għal storbju fuq il-post tax-xogħol u r-riskji li dan jista’ jinvolvi. Waqt li l-istorbju jirrapreżenta ovvjament problema f’industriji bħal dik tal-manifattura u l-kostruzzjoni jista’ wkoll joħloq problemi f’firxa wiesgħa ta’ ambjenti oħra tax-xogħol, minnċentri tat-telefonati sa skejjel, minn bokki ta’ orkestra sa bars.Wieħed minn kull ħames ħaddiema fl-Ewropa jeħtieġ li jgħolli leħnu sabiex jinstama’ għal mill-inqas nofs il-ħin li jqatta’ x-xogħol u 7% jsofru minn diffikultajiet ta’ nuqqas ta’ smigħ relatat max-xogħol. [i]]In-Nuqqas ta’ smigħ ikkawżat mill-istorbju hija l-marda l-iktar komuni fuq ix-xogħol irrappurtata fl-UE.[ii]
