Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Storbju fuq ix-xogħol Leġislazzjoni

Leġislazzjoni

Leġislazzjoni

Min jimmanifattura makkinarju u tagħmir ieħor għandhom ir-responsabiltà wkoll sabiex inaqqsu l-livelli ta’ l-istorbju. Skond id-Direttiva 98/37/KE, makkinarju għandu jkun “iddisinnjat u mibni b'tali mod li ir-riskji li jirriżultaw mill-emissjoni ta' ħsejjes fl-arja jitnaqqsu sa l-inqas livell.

Fl-2003, kienet adottata d-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss). Din id-Direttiva għandha tiġi trasposta għal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri kollha qabel il-15 ta’ Frar 2006. [v]

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva jeħtieġ illi, waqt li jingħata kont tal-progress tekniku u d-disponibilità ta’ miżuri li jikkontrollaw ir-riskju f’ras il-għajn, “ir-riskji li joħorġu mill-esposizzjoni għall-ħoss għandhom jiġu eliminati f’ras il-għajn jew imnaqqsa għal minimu”. Id-Direttiva tistabbilixxi valur ta’ limitu ta’ espożizzjoni ġdid ta’ kuljum ta’ 87dB(A).

 

 

[v] Sostitwita d-Direttiva 86/188/KEE