Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Netwerk ta’ l-OSHA
You are here: Home Temi Disturbi Muskulo-skeletali Il-Professjonisti tas-Saħħa u s-Sigurtà

Il-Professjonisti tas-Saħħa u s-Sigurtà

Il-problemi muskuloskeletali (MSDs) huma problemasinjifikanti. Iżda jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa b'mod konsiderevoli jekk jikkonformaw mal-liġi eżistenti dwar is-saħħa u s-sigurtà u jekk tiġi segwita l-gwida dwar il-prattika tajba.


Il-fatturi prinċipali għall-prevenzjoni tal-MSDs huma diġà rikonoxxuti fid-Direttivi Ewropej, fir-regoli ta' l-Istati Membri u fil-prattika tajba.

Il-Prevenzjoni

L-evalwazzjoni tar-riskju tista' tgħin sabiex jiġu identifikati l-perikli fuq il-post tax-xogħol u min qiegħed f'riskju, sabiex tittieħed deċiżjoni, kemm dwar il-miżuri preventivi adegwati, kif ukoll dwar il-monitoraġġ tar-riskju.

L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq strateġija olistika u għandu jiġi kkunsidrat il-piż totali fuq il-ġisem. Normalment m'hemmx fattur uniku li jikkawża l-MSDs - per eżempju, l-irfigħ manwali biss rari jkun il-kawża ta’ uġigħ fid-dahar: hemm għadd ta’ fatturi oħra li jistgħu jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta’ dan l-uġigħ, bħalma hu l-istress, it-theżżiż, il-kesħa u l-mod ta’ kif inhu organizzat ix-xogħol

Għalhekk, huwa importanti ħafna li tiġi evalwata l-firxa sħiħa tar-riskji li jistgħu jkunu l-kawża ta' l-MSDs u li dawn jiġu indirizzati b'mod komprensiv. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha ssir permezz ta' numru ta' azzjonijiet addattati, li jkunu mmirati lejn l-eliminazzjoni, meta dan ikun possibbli, jew it-tnaqqis tar-riskji għas-sistema muskuloskeletali. Meta tkun qegħda tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjonijiet preventivi għandhom jiġu kkunsidrati firxa wiesgħa ta' bidliet possibbli::

  • il-post tax-xogħol - per eżempju, jista' t-tqassim jiġi mtejjeb sabex ikun evitat li l-ħaddiema jwettqu xogħol li jkun jeħtieġ saħħa kbira minn qagħdiet skomdi jew statiċi?
  • l-apparat tax-xogħol - per eżempju, l-għodda ġiet iddisinjata b'mod ergonomiku? Tista' tintuża għodda li taħdem bl-elettriku sabiex tiġi mnaqqsa l-forza meħtieġa għax-xogħol? Bl-użu ta' din l-għodda l-idejn u d-dirgħajn ser ikunu iżjed esposti għat-theżżiż?
  • il-ħaddiema - għandhom jiġu mħarrġa sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar il-fatturi ergonomiċi u sabiex jagħrfu jevitaw kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu ta' periklu. Barra minn hekk, il-ħaddiema għandhom ikunu konvinti għaliex huwa importanti li jagħtu attenzjoni lill-prevenzjoni u x'jista' jiġri jekk din tiġi traskurata. Għandhom ukoll isiru konxji tal-benefiċċji li jadottaw prattiċi u metodi tax-xogħol tajbin peress li dawn ikunu jfissru inqas tbatija u l-ebda dħul finanzjarju mitluf.
  • ix-xogħol - wieħed mir-rekwiżiti l-iżjed importanti huwa li jiġu mnaqqsa l-bżonnijiet fiżiċi tax-xogħol billi jiġu mnaqqsa l-livelli tal-forza, ir-ripettizzjoni, il-qagħdiet skomdi u/jew it-theżżiz. Dan spiss ikun jirrikjedi l-użu ta' għodda ġodda jew ta' metodi ġodda ta' xogħol.
  • l-amministrazzjoni tax-xogħol - per eżempju, billi x-xogħol jiġi ppjanat aħjar jew billi jiġu implimentati sistemi siguri ta' xogħol. Jista' jkun possibbli li x-xogħol jiġi allokat mill-ġdid bejn il-ħaddiema sabiex jiġu mnaqqsa l-azzjonijiet ripetuti, l-isforzi manwali u t-tgħawwiġ u l-liwi fit-tul.
  • fuq il-livell organizzattiv -  soluzzjonijiet prattiċi jinkludu l-iżvilupp ta' proporzjon xieraq ta' xogħol/serħan sabiex titnaqqas l-għeja, li jiġu organizzati waqfiet mix-xogħol u li ssir rotazzjoni tax-xogħol. Fuq il-livell korporattiv, għandha tiġi mħeġġa l-adozzjoni ta' politika sabiex tiġi żviluppata kultura ta' sigurtà b'saħħitha biex jinkisbu impenn u involviment ta' livell ogħla, kemm biex jiġu identifikati u kkontrollati l-fatturi ta' riskju ta' l-MSDs, kif ukoll sabiex jiġu mtejba l-miżuri ta' sigurtà u ta' sorveljanza.


Għandha tingħata wkoll attenzjoni:

  • lill-osservazzjoni tas-saħħa;
  • lit-taħriġ regolari;
  • lill-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati u
  • lis-sistemi ergonomiċi tax-xogħol.

Minbarra l-prevenzjoni, l-esperti għandhom ukoll rwol sabiex jinżammu, jiġu rijabilitati u jerġgħu jiġu milqugħa l-ħaddiema li diġà jbatu mill-MSDs.