Skip to content. | Skip to navigation
![]() |
Il-problemi muskuloskeletali (MSDs) jistgħu jaffettwaw il-muskoli tal-ġisem, il-ġogi, l-għeruq, il-ligamenti, l-għadam u n-nervituri. |
Napo f' … manuvrui siguri ()Il-karattru ferm popolari tal-kartuns Napo juri li t-trasport fuq ix-xogħol jrid ikun organizzat tajjeb sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-perikli. Dan jeħtieġ ippjanar u monitoraġġ mill-maniġers, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u azzjoni xierqa mill-impjegati li jkunu mħarrġa. Fost l-oħrajn il-film jitratta xeni bħall-post tax-xogħol, in-nies u s-sigurtà tal-vetturi, il-manutenzjoni, il-viżibilità, ir-riversjar u t-tagħbija. E-fatti - Il-prevenzjoni tal-inċidenti tal-vetturi tal-kostruzzjoni (bl-Ingliż biss) Is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tax-Xufiera fit-Toroq (24 lingwa) |
Studji ta' każijiet ġodda għall-prevenzjoni ta' MSDs relatati max-xogħol fl-agrikoltura. ()L-agrikoltura huwa s-settur fejn id-disturbi muskuloskeletali (MSDs) u l-esponiment għal riskji ta' MSD huma l-aktar komuni. Il-maġġoranza tal-ħaddiema fl-agrikoltura jirrapportaw li qegħdin jiġu esposti għal movimenti ripetittivi tal-idejn u tar-riġlejn, qagħdiet tal-ġisem li jikkawżaw għejja jew uġigħ, ġarr jew tressiq ta' tagħbijiet tqal. Ir-rati ta' uġigħ fid-dahar u ta' uġigħ fil-muskoli f'dan is-settur huma darbtejn ogħla mill-medja. |
Ir-ritorn lura lejn ix-xogħol ta’ l-impjegati li jbatu minn uġigħ f’daharhom ()Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li ser issir mit-22 sas-26 ta’ Ottubru 2007, tindirizza l-problemi muskuloskeletali (MSDs) fuq il-post tax-xogħol. Pubblikazzjoni ġdida – ‘Problemi muskuloskeletali relatati max-xogħol: Ir-rapport dwar ir-ritorn lura lejn ix-xogħol’ – illanċjata biex tikkoinċidi ma’ l-avveniment, tiffoka fuq iż-żamma, l-integrazzjoni mill-ġdid u r-rijabilitazzjoni tal-ħaddiema li jbatu mill-MSDs. |
Ħaffef il-piż - nindirizzaw id-disturbi muskuloskeletali ()Id-disturbi muskuloskeletali (MSDs) huma l-problema tas-saħħa relatata max-xogħol l-aktar komuni fl-Ewropa, billi jaffettwaw miljuni ta' ħaddiema. Min-naħa għall-oħra ta' l-UE27, 25% tal-ħaddiema jilmentaw minn uġigħ f'daharhom u 23% jirrappurtaw uġigħ muskolari. |
Il-Prattika tajba ‘Ħaffef il-Piż’ ()L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tistieden nominazzjonijiet għat-tmien edizzjoni tal-Premjijiet għall-Prattika Tajba tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
