Problemi muskuloskeletali - kundizzjoni li tikkawża uġigħ
- Il-problemi muskuloskeletali huma l-iżjed problemi tas-saħħa komuni - relatati max-xogħol fl-UE27: 25% tal-ħaddiema Ewropej jilmentaw dwar uġigħ fid-daħar u 23% dwar uġigħ muskolari;
- 62% tal-ħaddiema fl-UE-27 jiġu esposti, kwart tal-ħin jew iżjed, għal movimenti ripetittivi ta' l-idejn u tad-dirgħajn; 46% għall-qagħdiet li joħolqu uġigħ jew li jikkawżaw għeja; 35% li jġorru jew li jressqu tagħbijiet tqal;
- L-agrikultura u l-kostruzzjoni huma s-setturi li jiġu l-iżjed affettwati, kemm mis-sottomissjoni għar-riskji fiżiċi, kif ukoll mill-ilmenti minħabba l-MSDs. Madankollu, is-setturi kollha huma kkonċernati;
- B'mod ġenerali, in-nisa huma inqas esposti għall-fatturi ta' riskji fiżiċi, avolja l-movimenti ta' l-idejn jew tad-dirgħajn u x-xogħol li jinvolvi qagħdiet li jikkawżaw uġigħ jew għeja jiġu mġarrba mit-tnejn b'mod ugwali;
- -F'xogħol li jinvolvi l-moviment tal-persuni - , in-nisa huma esposti b'mod iżjed sinjifikanti mill-irġiel, 11% u 6% rispettivament ta' sottomissjoni għal kwart taż-żmien jew iżjed;
- L-MSDs huma problemi li jqumu l-flus minħabba l-ispejjeż diretti fuq - l-assigurazzjoni, il-kumpens u l-ispejjeż mediċi u amministrattivi, u l-ispejjeż indiretti minħabba t-telf fil- produttività.
Hafna fatturi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-MSDs - kemm individwalment, kif ukoll f'daqqa
Fiżiċi:
- l-użu tas-saħħa - l-irfigħ, il-ġarr, il-ġbid, l-imbottar
- ir-repetizzjoni tal-movimenti - it-tajping, it-tibjid
- il-qagħdiet skomdi u statiċi - li toqgħod bilwieqfa jew bilqegħda għal tul ta' zmien, li taħdem b'idejk 'il fuq mil-livell ta' spallejk
- pressjoni minħabba kuntatt - it-tagħfis lokalizzat ta' l-għodda
- it-theżżiż - il-ġisem kollu u l-idejn u d-dirgħajn
- ambjent tax-xogħol kiesaħ
Organizzattiv:
- xogħol li jirrikjedi ħafna mill-ħaddiem
- nuqqas ta' kontroll fuq ix-xogħol
- livell baxx ta' sodisfazzjon mix-xogħol
- xogħol ripetittiv
- xogħol li jsir b'ritmu mgħaġġel
- nuqqas ta' ħin
- nuqqas ta' appoġġ minn kollegi u mill-maniġers.
Individwali:
- rekord mediku preċedenti
- kapaċità fiżika
- l-età
- it-tipjip
- il-ħxuna żejda.
L-impjegati li huma l-iżjed vulnerabbli
Il-ħaddiema li jaħdmu bl-idejn, kemm dawk kwalifikati kif ukoll dawk li m'humiex, qegħdin l-aktar f'riskju li jiżviluppaw l-MSDs. Kif wieħed jista' tistenna, fl-Ewropa il-ħaddiema kbar fl-età jirrapurtaw iżjed problemi mill-ħaddiema żgħar.
Il-problemi fl-idejn u fid-dirgħajn -
li normalment huma magħrufa bħala feriti kkawżati minn strapazz ripetut (repetitive strain injuries) - jaffettwaw lill-ħaddiema nisa iżjed mill-irġiel, l-aktar minħabba t-tip ta' xogħol li jagħmlu. Il-ħaddiema li għandhom xogħol prekarju, bħal dawk f'kuntratti għal żmien fiss, huma wkoll esposti b'mod iżjed sinjifikanti għal xogħol ripetittiv u għal xogħol li jinvolvi qagħdiet li joħolqu uġigħ jew għeja.
L-MSDs iseħħu fix-xogħlijiet u fl-oqsma kollha, iżda xi gruppi ta' impjiegi qegħdin iżjed fir-riskju.
Jistgħu jinstabu rati partikolarment għoljin fost:
- dawk li jaħdmu fil-kostruzzjoni
- dawk li jaħdmu fil-kostruzzjoni
- il-mastrudaxxi
- ix-xufiera
- l-infermiera
- dawk li jnaddfu
- ħaddiema fil-minjieri
- dawk li jħaddmu l-magni
- dawk li jaħdmu fis-sengħa
- il-ħajjata
- dawk li jaħdmu fil-ħwienet
- ħaddiema li jaħdmu fil-lukandi, fir-ristoranti u fil-catering
- is-segretarji u t-tajpisti
- dawk li jgħabbu u dawk li jħottu